fbpx

Martha – Storja miktuba minn Mandy Cilia

Miktub minn
Reklam

Sa minn ċkunitha ma kellhiex ħajjitha faċli u l-ewwel weġgħa ta’ qalb kellha tkun il-mewt tal-ġenituri tagħha li kienu mietu f’inċident tat-traffiku. Spiċċat fi stitut għax ħadd minn dawk qrib tagħha ma ried jieħu responsabilita’ ġdida. Is-sorijiet kienu saru parti minn ħajjitha u mal-ewwel saret tħobbhom b’qalbha kollha għax imnalla kienu huma li għenuha f’dawk il-mumenti diffiċli li sabet ruħha fihom. Ta’ tmintax-il sena marret tgħix għal rasha u sakemm sabet xogħol u għarfet issib postha fis-spċjeta xejn ma kien faċli għaliha iżda dejjem għarfet tikkumbatti mal-ħajja u qatt ma qatgħet qalbha.

Wara sentejn tgħix waħidha ltaqgħet ma’ ġuvni li mal-ewwel intilfet għal warajh. Patrick kien l-ewwel imħabba ta’ ħajjitha u kienet tafdah b’għajnejha magħluqa. Fl-ewwel sena kollox kien miexi ħarir imma mbagħad Patrick telaq u ħalliha bħal erbgħa fost il-ġimgħa mingħajr ebda spjegazzjoni. Ma kellha lil ħadd ma min tiftaħ qalbha u ħassitha ser tiġġenen mingħajru. Ma kinitx taf fejn ħa taqbad tfittxu imbagħad qatgħet qalbha li xi darba ser tieħu aħbaru. Wara saret taf li kien sab tfajla barranija u siefer magħha u din għaliha kienet daqqa ta’ ħarta kbira.

Iż-Żmien kompla għaddej u l-ġerħa li kellha f’qalbha b’xi mod bdiet tingħalaq. Reġgħet bdiet toħroġ biex tagħmel ħbieb ġodda sakemm fl-aħħar iltaqgħet ma’ Luca u ħajjitha ħadet xejra oħra. Ma riditx tgħaġġel għax beżgħet li terġa’ tweġġa’ avolja kienet taf li dan ma kellu xejn x’jaqsam ma l-ewwel maħbub li kellha.

‘’Għaliex qed tkun iebsa miegħi? Jien irridek bis-serjeta u int ser tibqa ttini bis-sieq!’’ Kien jgħidilha

‘’Nixtieq imma nibża, marridx ngħaddi mill-martirju li għaddejt minnu. Weġġajt wisq f’ħajti jien Luca’’ 

‘’Nifhmek Martha imma irridek tafdani. Ma tistax tibqa’ daqshekk negattiva għax qatt mint ser timxi ‘l quddiem’’ Kienet taf li dak li jgħidilha kien kollu minnu għalhekk iddeċidiet li timxi b’qalbha u tafdaw għax minkejja kollox kienet saret tħobbu.

Kienet l-aħjar deċiżjoni li qatt ħadet f’ħajjitha għaliex Luca kien verament iħobbha. Ħames snin wara żżewġu u issa kienet tinsab fuq is-sodda tal-isptar tistenna minn mument għall-ieħor it-tarbija titwieled b’żewġha ħdejha jagħtiha l-kuraġġ li kienet teħtieġ. Bih maġenbha kienet tinsa l-imrar kollu li għaddiet  minnu f’ħajjitha.

Reklam

Ixxerja din il-paġna

Share on facebook
Facebook
Share on twitter
Twitter
Share on linkedin
LinkedIn

Ara wkoll

Reklam
Reklam

Ipparteċipa f'TEK TEK

Għandek xi kitba, ritratti jew filmati? 

Reklam
Reklam
EnglishMaltese