fbpx

Meta Nemnem Il-Musbieħ (L-ewwel Kapitlu – Parti a)

Miktub minn
Reklam

L- Ewwel Kapitlu (Parti a)

Il-film kien ilu kwazi siegħa u nofs li spiċċa, u fil-kamra kien hemm silenzju taqtgħu b’sikkina għajr it-tektik tal-arloġġ bir-reklam tal-luminata fuqu imwaħħal eżatt fuq il-bokka tal-bieb tal-kamra. Jakkumpanja it-tektik tal-arloġġ kien hemm l-inħir ħelu tal-qattus rieqed ħdejna li waħdu kien kapaċi jieħu kwart ta’ sodda mid-doppji. Lacey kienet fl-isbaħ raqda… Ma kienux għaddew għaxar minuti minn xħin spiċċa l-film li ma kinitx fid-dinja tal-ħolm. Aktarx toħlom dwar il-film romantiku li konna għadna kemm rajna jew bl-Leonardo l-attur prinċipali fil-film. Li inzerta l-attur favorit tagħha. U għalkemm kultant kienet qed titqalleb, wiċċha kien jidher seren u kienet tidher li qiegħda fl-isbaħ raqda. Għall-kontra tagħha, jien ma kontx. Moħħi ma setax jistrieħ anzi kien għaddej iktar minn kif tkun għaddejja magna ta’ Ferrari waqt tellieqa tal-Formula wieħed. Ma kinitx dieta li bdejt. In-nutritionist kienet ordnatli biex nixrob mat-tliet litri ilma kuljum, u minħabba dak il-fatt il-kamra tal-banju kont qed inżura ta’ sikwit. Kienu għaddew daqs għoxrin minuta minn xħin tfejna it-televixin xħin ħassejt in-natura ssejjaħli u nżilt lejn il-kamra tal-banju. Pero xħin wasalt fl-aħħar erba’ tarġiet smajt lill-kunjatu jitkellem mill-kamra tiegħu. Mhux soltu jċemplulu jew iċempel dan il-ħin. Imma fl-istess ħin jien kont ċert li qabel tlajna ma kien hemm ħadd ħliefna t-tlieta d-dar u minn dak il-ħin il-bieb ta barra fl-ebda ħin ma smajtu jinfetaħ u jingħalaq u kieku kien hemm xi ħadd kien jibqa’ jkellmu fil-kċina, il-kamra li normalment kulħadd jiltaqa’ fiha.

“Ismgħani ftit qalbi.”

Dawk kienu l-ewwel kelmiet li fhimtu ċar hekk kif inżilt l-erba’ tarġiet li kien għad fadal u ersaqt iktar qrib tal-kamra tiegħu li kienet eżatt wara l-kċina. Qalbi ? Jien kont smajt sew? Il-kunjatu kien tilef lil martu daqs sena ilu. Dak iż-żmien kont għadni kemm bdejt inkellem lil Lacey. Sharon kienet mara sabiħa ħafna u fid-darbtejn li ilħaqt iltqajt magħha stajt nara xebh kbir bejnha u bejn Lacey . Għajnejhom u xufftejhom kienu foto kopja ta’ xulxin. Sharon kienet mietet ħabta u sabta u lanqas l-aqwa professuri ma setgħu isibu x’kien eżatt il-kaġun tal-mewt tagħha. Imma aktarx kien attakk tal-qalb. Minn dakinhar Paul, il-kunjatu għamel f’qalbu wisq u kien ser iqatta’ ħafna ħinijiet id-dar. Is-social media ma kienx jużha u kien jehda jara xi dvds li kien xtara matul is-snin u anke films antiki fuq vhs li kien ħallielu missieru, li kien kollezzjonist tal-films. Iġifieri ma jistax ikun li qed jitkellem ma’ mara oħra u iktar u iktar daħħalha fil-kamra tas–sodda… Kont smajtu b’widnejja stess jaħlef li f’ħajtu ma tidħolx mara oħra wara Sharon. Il-kurżità għelbitni u bqajt nissemma’… Li smajt wara kexkixni u fl-istess ħin qanqalli kurżità kbira.

Reklam

Ixxerja din il-paġna

Share on facebook
Facebook
Share on twitter
Twitter
Share on linkedin
LinkedIn

Ara wkoll

Reklam
Reklam

Ipparteċipa f'TEK TEK

Għandek xi kitba, ritratti jew filmati? 

Reklam
Reklam
EnglishMaltese