fbpx

Kelmtejn fuq il-muskoli. L-Ispiżjara Kathryn Galea.

Miktub minn
Reklam

Hekk kif fil-ġimgħat li għaddew tkellimna fuq l-għadam u l-ġogi, issa jmiss li nitkellmu ftit fuq il-qofol tal-movimenti ta’ ġisimna – il-muskoli.
Kważi nofs il-piż tal-ġisem jappartjeni għall-muskoli, hekk kif għandna ‘il fuq minn 650 muskolu.

Dawn jinqasmu fi 3 tipi li huma:
– il-muskoli li huma mqabbda ma’ l-għadam u li jippermettu l-movimenti fiżiċi
– il-muskoli ta’ l-organi bħal dawk li għandna fl-imsaren u fil-pulmun
– il-muskolu tal-qalb
Għalhekk wieħed ta’ min jinnota li grazzi għall-muskoli li nieħdu in-nifs, inċaqilqu għajnejna, li tħabbat qalbna u li niddiġerixxu l-ikel.

X’għandna nagħmlu biex inżommu l-muskoli f’saħħithom?

L-eżerċizzju fiżiku huwa importanti ħafna. Wieħed m’għandux għalfejn jagħmel xi maratona, iżda ftit eżerċizzji sempliċi fosthom li jinkludu ftit ġbid (stretching) u nerfgħu oġġetti ta’ toqol moderat (weight exercises) huma rrakkomandati.

Sintendi dieta bilanċjata li tinkludi  l-proteini u karboidrati wkoll hi neċessarja, kif wkoll li inżommu l-idratazzjoni billi nixorbu l-ilma. Persuna adulta minn ta lanqas trid tixrob 2 litri ilma kuljum.

Supplimenti ta’ vitamini, minerali u aċidi amino jgħinu sabiex inżommu l-muskoli f’saħħithom. Iż-żjut Omega-3 minn naħa l-oħra jgħinu sabiex insaħħu l-muskolu tal-qalb.

Bosta jbatu minn bugħawwieġ (cramps) fil-muskoli li huma mqabbda ma’ l-għadam. Dan aktarx hu riżultat ta’ nuqqas ta’ ilma u minerali fil-ġisem. Għalhekk l-enfasi li nixorbu l-ilma.

Sfortunatament huma bosta il-kundizzjonijiet li jaffettwaw il-muskoli u in-nervituri, fosthom Amyotrophic lateral sclerosis (ALS), multiple sclerosis u muscular dystrophy. Dwar dawn il-kundizzjonijiet nitkellmu fl-artikli li ġejjin.

Il-parir tiegħi hu dejjem li jekk ninnutaw xi sintomi mhux tas-soltu fil-movimenti jew uġiegħ, nitkellmu ma’ l-ispiżjar jew it-tabib tagħna u m’għandniex għalfejn nibżgħu nagħmlu dan.

L-Ispiżjara Kathryn Galea

Reklam

Ixxerja din il-paġna

Share on facebook
Facebook
Share on twitter
Twitter
Share on linkedin
LinkedIn

Ara wkoll

Reklam
Reklam

Ipparteċipa f'TEK TEK

Għandek xi kitba, ritratti jew filmati? 

Reklam
Reklam
EnglishMaltese