fbpx

Meta Nemnem Il-Musbieħ (L-ewwel Kapitlu – Parti b)

Miktub minn
Reklam

Il-kurżità għelbitni u bqajt nissemma… Li smajt wara kexkixni fl-istess ħin qanqalli kurżità kbira.

 “Rodney? Le żgur li le ta.”

 Issa aħjar għax kien issemma ismi wkoll. Ma min kien qed jitkellem? Kif dħalt jien fil-biċċa? L-għaraq ħassejtu jxoqq għalijja hekk kif erġajt smajtu jgħid

 “Ġa għidtlek insa. Rodney żgur li le.  Taf kemm hi kuntenta miegħu Lacey?”

 Bla ma naf kif saqajja mxew waħidhom sa wara l-bieb tal-kamra tas-sodda tiegħu, bieb magħmul minn injam antik imma ta’ kwalità tajba. Minn wara l-bieb ma stajt nara xejn għalhekk l-kurżità ma stajtx naqtagħha. Il-mistoqsija baqgħet hemm. Ma min qed jitkellem?  Issa kont viċin ħafna iktar minn qabel u stajt nisma’ leħen ieħor. Leħen irqiq u anġeliku qiegħed jirrispondih.

 “Paul għalfejn qed tgħolli leħnek għid? Taf li dak li hemm miktub ma jista’ jħassru ħadd. Jekk ħa tibqa’ titkellem b’leħen għoli ħa tispiċċa tqajjimhom.”

“Taf daqsi kemm torqod fil-fond Lacey u nassigurak li Rodney xejn inqas minnha” kienet ir-risposta ta’ Paul.

Imma kif jista’ jkun? Min seta’ daħal id-dar mingħajr ma’ juża l-bieb ta’ barra? Din żgur ħolma. Użajt il-ftit dwiefer nofshom migduma li għandi fis-swaba ta’ idejja biex noqros lili nnifsi. Hemm bqajt. Ma qomt mill-ebda ħolma. Il-konverżazzjoni kienet għadha ma spiċċatx hemm.

 “Paul tgħid x’tgħid hekk irid isir”

Imma Paul kien pront weġibha: “Ħa nerġa nipprova jien”. “Taf li għalxejn.

“ Diġà pruvajna erba’ darbiet u taf kif spiċċajt kull darba. Paul int mintix il-magħżul. Jien ħa nitlaq. Imma għada nerġa niġi u miegħi ħa nġib il-konvinzzjoni tiegħek”.

Ħassejt saqajja jirtodu. Din ħierġa mill-kamra u ħa ssibni wara l-bieb. Tlaqt niġri nistaħba wara l-bieb tal-kamra ta’ maġenb il-kamra tas-sodda ta’ Paul, il-kamra li jħobbu jsejħulha l-kamra tal-imbarazz. Però minn hemm erġajt smajt il-leħen femminili jgħid.

”Ħaġa waħda nfakkrek. Il-MAGĦŻUL biss jista’ jidħol għal din il-missjoni. Rodney huwa il-MAGĦŻUL”.

Reklam

Ixxerja din il-paġna

Share on facebook
Facebook
Share on twitter
Twitter
Share on linkedin
LinkedIn

Ara wkoll

Reklam
Reklam

Ipparteċipa f'TEK TEK

Għandek xi kitba, ritratti jew filmati? 

Ara wkoll

Reklam
Reklam
EnglishMaltese