Maci Currin minn Texas, għandha saqajha l-leminija twila 134.3cm filwaqt li tax-xellug twila 135.3cm. Twila ftit mhux ħażin! Filfatt hija twila 6 piedi u 10 pulzieri.

Iż-żagħżugħa ta’ 17-il sena tħeġġeġ lil nies li huma fiżikament ‘differenti’ biex ma jinħbewx. Iħaddnu dak li għandom.
Maci, qed tittama li it-titlu rekord tagħha fil-Guinness World Records, jaspira lin-nisa twal.
Iżda, minkejja s-saqajn twal tagħha, Maci tinsab il-bogħod milli tkun l-itwal mara, rekord miżmum minn Sun Fang miċ-Ċina, li hija twila 7 piedi u 3 pulzieri.
Filwaqt li ssibha diffiċli biex tidħol minn xi bieb, karozzi, u anke ħwejjeġ, saqajha għandhom vantaġġ meta tkun qed tilgħab fit-tim tal-volleyball tal-iskola fejn tattendi.