fbpx

L-IMĦABBA IMPOSSIBLI L-aħħar parti – Storja miktuba minn Jenson Elsworth

Miktub minn
Reklam

“Kif ma? Kif jista’ jkun li Tim huwa ħija?” saqsiet l-ommha.

“Ma rridtekx isir taf hekk binti. Propjament ma kontx naf kif ħa nibda, aħseb u ara. Lanqas missierek ma jaf li kelli tifel minn ta’ raġel ieħor. Kien xi sena u nofs qabel ma bdejt noħroġ ma’ missierek. Ma kontx fi stat tajjeb li nżommu waħdi, ma rridx nibqa’ mal-ieħor… u minħabba f’hekk żammu hu biss. Imbagħad ridt li ninsa kollox u nibda ħajja ġdida ma’ missierek u ma domtx sakemm kelli lilek. Suppost Tim ħuk. M’hemmx xi ngħid aktar…”, bdiet tirrakkonta Lisa.

“Le, le u le ma imma għala jien daqshekk sfortunata! Ħsibt li sibt l-imħabba ta’ ħajti. Tant ferħana u kuntenta miegħu… issa x’se nagħmel?, damet tinkwieta u tgorr.

Kien hemm mument ta’ silenzju. Il-kamra mimlija bil-vojt. Jinstema’ nifs wara l-ieħor. L-arloġġ itektek. Dak kollox. Lanqas kienu jafu x’se jagħmlu… Tewdhen jekk tgħidx lil Tim. Jew jekk hux diġà jaf. Kif ħa jifhimha? Kif ħa jemminha? Telqet fil-kamra tagħha u bdiet taħseb. Tikkontempla fuq id-deċiżjoni li ħa tieħu. M’hemmx deċiżjoni ta’ barra minn hawn. Moralment m’hiex xi ħaġa li għandek taħseb fuqha. La ħuha ħuha. Xejn aktar. Xejn inqas. Qabdet il-mowbajl u ċemplet lil Tim. Spiċċat it-telefonata billi tgħidlu “narak hemm”. Il-mistoqsija hi, “hemm fejn?”

Ftit tas-sigħat wara fetħet bieb. Kien hemm ħafna nies fil-kurutur. Nies mixjin ‘l hemm u ‘l hawn. Kulħadd bil-għan biex jitlaq minn dan il-post, għax jaħdem hawn jew ġie għax vera għandu bżonn, bħal Petra. Poġġiet fuq is-siġġu blu tal-plastik li jkun imwaħħal ma’ xi għaxar siġġijiet oħra. U tħares ‘l fuq, u tistenna n-numru tagħha jiġi mgħajjat. Ħdejha Tim. Wiċċu konfuż u skurmentat dwar is-sitwazzjoni. Jistennew flimkien l-isptar.

Ftit wara daħlu. U marru lura d-dar. Bdew jistennew flimkien għar-riżultat ta’ ħajjithom. Instemgħet il-kaxxa tal-ittri tfaqqa’. B’rapidita’ u b’urġenza kbira marru jiċċekjaw l-itrri. Kien hemm din l-ittra tant mistennija. Ir-riżultat biex ikunu jafu jekk jiġux minn xulxin jew le.

Qabdu sikkina. Ċarrtu l-envelopp. Fetħu l-karta. Bdew jaqraw. U għajnejhom tberrqu. Ir-riżultat kien jgħid li kull ħaġa li qalet ommha u li spjegatilha kien leġittimu u korrett. Tim u Petra huma aħwa mill-istess omm.

TMIEM

Reklam

Ixxerja din il-paġna

Share on facebook
Facebook
Share on twitter
Twitter
Share on linkedin
LinkedIn

Ara wkoll

Reklam
Reklam

Ipparteċipa f'TEK TEK

Għandek xi kitba, ritratti jew filmati? 

Ara wkoll

Reklam
Reklam
EnglishMaltese