fbpx

Il-kanċer tas-sider. L-Ispiżjara Kathryn Galea.

Miktub minn
Reklam

Ix-xahar t’Ottubru huwa magħruf sew għal kampanji biex iqajmu għarfien dwar il-kanċer tas-sider, liema kanċer jista’ jaffettwa mhux biss lin-nisa iżda wkoll l-irġiel. Grazzi għall-għarfien dwar dan il-kanċer, bosta huma il-każi fejn qed jinqabad kmieni u għalhekk ir-rata ta’ fejqan qabżet dik ta’ l-imwiet.

Il-kanċer jista’ jaffettwa mhux biss lin-nisa iżda wkoll l-irġiel.

Huwa importanti li inkunu nafu kif jidher u kif jinħass is-sider normali billi nagħmlu test fuqna infusna b’hekk ikun aktar faċli li nindunaw b’xi tibdiliet. 

X’inhuma is-sintomi li għandna noqgħodu attenti għalihom? 

– Boċċa iebsa (breast lump) li tinħass differenti mis-soltu
– Bdil fil-qies, il-forma jew fid-dehra tas-sider
– Bdil fid-dehra, ħmura u kif tinħass il-ġilda
– Tnixxija ta’ dmija jew likwidi mhux normali mis-sider

Huwa importanti li minn ta’ lanqas darba f’sena immorru għand it-tabib jew il-ġinekologu tagħna għat-test tas-sider. Jista’ jirreferi wkoll għal testijiet bħal ultrasound jew mammogram. Dawn it-testijiet kapaċi jaqbdu kanċer kmieni anka jekk ma jkunx jinħass jew ikun hemm sintomi oħra.

X’inhuma il-fatturi riskjużi li persuna tiżviluppa dan il-kanċer? 

– Is-sess tal-persuna. Huwa fatt magħruf li in-nisa huma f’riskju akbar, dan għaliex mara tgħaddi minn diversi tibdiliet ormonali matul ħajjitha.
– Storja fil-familja – persuna hija f’riskju akbar li tiżviluppa dan il-kanċer jekk persuni qrib fil-familja bħal l-omm jew aħwa diġà żviluppaw sintomi.
– Storja personali ta’ problemi ta’ saħħa fis-sider.
– Esposizzjoni għal radjazzjoni minn trattamenti oħra f’età żgħira.
– Il-bidu tal-period minn eta’ qabel it-tnax-il sena
– Il-bidu tal-menopawsa f’eta’ avvanzata minn normal
– Trattamenti li jinkludu ormoni għal tul twil ta’ żmien f’eta’ avvanzata
 – L-obeżità 
– Id-dieta li nieklu

Modi ta’ Trattamenti

B’kollox huma 8 it-tipi differenti ta’ kanċer tas-sider u il-modi ta’ trattamenti ivarjaw. 

Dawn it-trattamenti jinkludu:
Il-kimoterapija
It-terapija individwali speċifika
Immunoterapija
Ir-radjuterapija

Nisħaq l-importanza li m’għandna qatt nibżgħu jew nistħu nitkellmu mat-tabib jew l-ispiżjar tagħna sabiex isiru t-testijiet preventivi meħtieġa jew jinbeda trattament. Aħjar jinqabad kanċer fi stadju bikri qabel ikun tard wisq! 

L-Ispiżjara Kathryn Galea

Reklam

Ixxerja din il-paġna

Share on facebook
Facebook
Share on twitter
Twitter
Share on linkedin
LinkedIn

Ara wkoll

Reklam
Reklam

Ipparteċipa f'TEK TEK

Għandek xi kitba, ritratti jew filmati? 

Reklam
Reklam
EnglishMaltese