Magħruf bħala Dun Karm. Wieħed mill-aqwa poeta Malti ta’ kull żmien. Filfatt huwa rikonoxxut bħala l-Poeta Nazzjonali ta’ Malta.
Kif taf, Dun Karm kiteb l-Innu Maltin. Dan inkiteb fl-1945.
Lil din l-Art ħelwa, l-Omm li tatna isimha,
Ħares Mulej, kif dejjem Int ħarist;
Ftakar li lilha bl-oħla dawl libbist.
Agħti kbir Alla, id-deh’n lil min jaħkimha,
Rodd il-ħniena lis-sid, saħħa ‘l-ħaddiem;
Seddaq l-għaqda fil-Maltin u s-sliem.
Dan idaqq għall-ewwel darba fl-1923 u fl-1941 dan l-innu ġie rikonoxxut bħala l-Innu uffiċjali ta’ Malta.
Kont taf li sakemm kellu 40 sena huwa kiteb biss bit-Taljan?
Fis-sena 1912 Dun Karm kiteb l-ewwel poeżija tiegħu bil-Malti “Quddiem Xbieha tal-Madonna” imħajjar minn Ġuże` Muscat Azzopardi u Mons. Pawl Galea.
Huwa miet bħal-llum 59 sena fl-eta’ ta’ 89 sena fl-isptar tal-Blue Sisters, tas-Sliema. Ġie midfun f’kappella fiċ-ċimiterju ta’ Ħaż-Żebbuġ.