Waħda mill-inizjattivi fi ħdan id-Direttorat Kura Alternattiva (Tfal u Żgħażagħ) hija dik taċ-Children’s Dreams.
Dan huwa proġett li kiseb popolarita’ kbira fejn ikunu qegħdin jistennewh kemm it-tfal li jkunu segwiti mill-ħaddiema soċjali fi ħdan il-fondazzjoni u kemm mill-pubbliku ġenerali.
L-għan ta’ dan il-proġett huwa li jaqta’ x-xewqa tal bosta tfal li qed jgħixu f’sitwazzjonijiet diffiċli fl-ambjent tad-dar tagħhom u tfal li jgħixu f’bosta djar residenzjali.
Nhar it-Tnejn li ġej, ix-xewqat ta’ dawn it-tfal se jittellgħu fil-website uffiċjali u int se tkun tista’ tara u tagħżel liema xewqa ta’ tifel jew tifla tixtieq twettaq.

Għal iżjed informazzjoni tista’ ċċempel fuq 99282198, 22959266 jew żur il-paġna Children’s Dreams Malta.
Aħna se nżommukom informati.