fbpx

Meta Nemnem Il-Musbieħ (L-Ewwel Kapitlu – Parti d)

Miktub minn
Reklam

Dak il-ħin moħħi ħaseb li nerġa’ ninżel isfel u nferra grokk forsi ma tafx kif moħħi jistrieħ u jtini naqra ngħas imma jekk ninżel u jinduna Paul żgur kien ħa jissuspetta li ġrali xi ħaġa. F’daqqa waħda  ħassejt xi ħaġa taqbadni minn wara. Ksaht.

 “Mela għadek imqajjem qalbi?”

 Kienet Lacey li bħal donnha ħassitni li ma kontx irqadt. Issa kien għadda ftit ħin mhux ħażin minn xħin konna tfejna imma għajnejja ma setgħu jingħalqu b’xejn.

 “Iva qalbi ma stajtx norqod”. Dik kienet l-ewwel ħaġa li ġietni f’moħħi li ngħidilha.

“X’kien? Mhux soltu għax is-soltu ġieli nkunu għadna lanqas wasalna f’nofs film li ma tibdiex tongħos jew isserra b’xi naħra minn tiegħek, li skont int imbagħad tgħid li kont għadek imqajjem.

 Dak il-ħin ma kontx naf x’ħa naqbad ngħidilha. Il-verità hi li ma xtaqtx nuriha b’dak kollu li smajt u fl-istess ħin lil Lacey is-soltu ma naħbilha xejn. Lanqas meta bdiet tittantani dik l-imqarba ta’ segretarja li għandna fuq ix-xogħol. Insomma dak il-perjodu ikkonfermajt kemm vera inħobb lil Lacey għax Ruth mara mill-isbaħ u mhux faċli li wieħed jgħidilha le.

“Kelli xi ftit problemi fuq ix-xogħol illum u bqajt newden fuqhom”. Naħseb din kienet l-ewwel darba li gdibtilha imma għall–bżonn wara kollox.

“Allura għax m’għidtlix għid? Hekk sew? Mela jien rieqda moħħni mistrieħ u int hemm tkisser moħħok. Mhux sew fuqek.”

 “U lanqas ma jkun sew fuqek li nkissirlek lejl ħabba l-problemi tiegħi”.

“Ejja għidli x’ġara fuq ix-xogħol?”

 “U issa ħin jaħasra qalbi?” Bdejt nipprova nġib kull skuża biex tal-inqas ma nivvintax xi storja u l-gidba tkun kibret.

 “U jien m’iniex ħa norqod qabel int tgħidli x’qed jinkwetak”

Kienet ġabitni dahri mal-ħajt. Xi ħaġa ridt nivvinta malajr imma xiex? Riedet tkun problema li tal-inqas fl-immaġinazzjoni tiegħi stajt nsolvi malajr kemm jista’ jkun. Ma damitx ma ġietni idea tajba.

“Ara qalbi illum ix-xogħol inqatalna d-dawl għal ħin twil b’ta li mod li anke il-ups inqata’ mal-ħin u spiċċajt bla kompjuter. Issa ix-xogħol tal-llum irrid nagħmlu kollu nhar it-Tnejn. Barra minn hekk għada festa allura t-Tnejn jkolli x-xogħol li ma laħħaqtx sar illum u x-xogħol li mhux ħa jsir għada flimkien max-xogħol ta’ dakinhar. U min jaf kemm ħa jkolli emails x’nirrispondi.”

 Wiċċha deher li kien ħa r-ruħ b’li kont għidtilha u donnha li kienet emmnet din l-istorja.

“Isma’ int sa fejn naf jien għandek aċċess għal email tax-xogħol mid-dar le?”

 Din ir-risposta xejn ma stennejtha u bla ma ridt erġajt ġejt dahri mal-ħajt għat-tieni darba.

“Emmm iva. Imma għada festa mbagħad il-weekend. Taħseb li hu sew li noqgħod naħdem? Taf x’dejjem wiegħdtek festi u weekends mhemmx xogħol.

 “Naf qalbi u vera naprezza imma għal kull regola hemm eċċezzjoni. Ara għada sib ħin u intefa aħdem ftit tal-inqas tirrispondi l-emails li jkunu daħlulek.”

 Jekk ħa nagħmel hekk jaf tkun ħdejja u tinduna li mhux vera kelli ħafna xogħol b’lura. Lacey tfajla brava ħafna u fejn tidħol teknoloġija kemm kemm ma nissugrax ngħid li aħjar minni.

 “Tajjeb mela ħa ngħidlek x’nagħmlu Lacey. Għada filgħaxija noħorġu ftit u xħin nidħlu nintefa’ ftit fuq il-laptop naħdem tajjeb? Hekk jew b’hekk naħdem għall-kwiet u ma nitilfux mill-ħin ta’ bejnietna.”

 “Jekk għalik mhux problema mela nagħmlu hekk qalbi. Issa intefa u prova orqod għax qed issir il-ħin u għada trid tqum b’saħħtek għax trid issajrilna u xejn ma nixtieq li jkollna ikel nofs sajran.”

 ”Issa ngħidlek nofs xiex ta’ lilek”. Dort fuqha biex nintefa’ ngħarraxha eżatt kif konna nagħmlu  kull darba nibdew naqbdu ma’ xulxin imma xħin eżatt kont ħa nibda bit-tgħarrix nisimgħu leħen minn isfel . “Lacey”

Reklam

Ixxerja din il-paġna

Share on facebook
Facebook
Share on twitter
Twitter
Share on linkedin
LinkedIn

Ara wkoll

Reklam
Reklam

Ipparteċipa f'TEK TEK

Għandek xi kitba, ritratti jew filmati? 

Ara wkoll

Reklam
Reklam
EnglishMaltese