fbpx

DESTIN L-ewwel parti – Storja miktuba minn Jenson Elsworth

Miktub minn
Reklam

Mary Grace hija tifla addottata minn familja Maltija ġewwa l-Ingilterra. Taħdem bħala avukata tal-familja, l-interess derivat mill-istorja tagħha. Dejjem tewdhen min hi l-omm bioloġika tagħha u għala għosfrot daqshekk kmieni minn ħajjitha mingħajr spjegazzjoni.

Sadanittant f’Malta, ommha tat-twelid dejjem taħseb x’sar minn bintha. Qatt ma ħafret l’ommha u lil missierha tal-azzjoni li għamlu. Ħadulha l-bintha fi żmien tant bikri. Kienet tqila u welldet lil Grace meta kienet għadha għarusa ma’ wieħed li kien għaxar snin ikbar minnha. Kien żmien totalment differenti fejn in-nies ma kinux jaċċettaw li għandek ikollok tarbija qabel tiżżewweġ. Minħabba f’hekk il-ġenituri tagħha għamlu li għamlu. Ħsieb wara ħsieb fuq bintha u fuq kif tidher. Ma baqgħetx ma’ dak li kienet, iżda xorta dejjem baqgħet bix-xewqa li tafgħasha magħha u tgħidilha kollox. X’qalb tradizzjonali kellhom ommha u missierha. Firduha minn ma’ bintha. Spiċċaw telqu mid-dinja. U ħallewha mnikkta għal għomorha.

Issa miżżewġa b’żewġ itfal, b’raġel li jgħożżha u li jagħmel kollox għaliha u għal familtu. Baqa’ rimors enormi ġo fiha li qatt ma seta’ jitlaq. Imwerwra tgħid lil żewġha u lil uliedha dwar dan kollu, dwar x’inhu jtaqqalha. Għandha qtigħ il-qalb li titlifhom għal dejjem, aktar milli ġa tilfet. Kien aħjar kieku avżatu mal-ewwel lir-raġel tagħha żmien ilu, għax ma kinitx taf x’ġej għaliha.

Darba minnhom binha qallha li hemm programm fuq it-televixin Ingliż li wlied jippruvaw jfittxu lil ġenituri tagħhom bis-saħħa tax-xandir tal-programm. Inzertat kien hemm tfajla fuqu l-programm u binha beda jispjegalha xi ntqal s’issa, kif din qiegħda tfittex il-familja Maltija tagħha peress li addottata minn Malta, u lesta biex tinżel Malta tibda t-tfittxija tagħha. Binha għadda kumment umoristiku li din it-tfajla tagħti lemħa l-oħtu u daħak. Ħarset lejn it-televixin u kif ħarset lejha ħasset xi ħaġa, qisha tafha, qisha ġa ntaqgħet magħha.

“Ġorġ, din it-tfajla, jisimha Grace?”, bdiet itemtem.

Weġibha: “Mmm, jekk mhux sejjer żball Mary jisimha ma. Imma stenn, stenn. Semmiet li Mary Grace jisimha. Jista’ jkun l-isem tan-nofs Grace, mhux deċiż. Iva, hekk hu”.

L-omm baqgħet skantata li bdiet tħares lejn bintha. U minn hemm inbidel kollox.

L-istorja tkompli.

Reklam

Ixxerja din il-paġna

Share on facebook
Facebook
Share on twitter
Twitter
Share on linkedin
LinkedIn

Ara wkoll

Reklam
Reklam

Ipparteċipa f'TEK TEK

Għandek xi kitba, ritratti jew filmati? 

Ara wkoll

Reklam
Reklam
EnglishMaltese