Muammar Mohammed Abu Minyar al-Gaddafi. Magħruf bħala l-Kurunell Gaddafi. Rivoluzzjonarju Libjan u politiku.
Huwa mexxa l-Libja bħala President Rivoluzzjonarju tal-Libyan Arab Republic mill-1969 sal-1977 u mbagħad bħala l-Brotherly Leader tal-Great Socialist People’s Libyan Arab Jamahiriya mill-1977 sal-2011.
Kont taf li…
- Ħadd ma jaf meta twieled?
- Huwa kien raħħal tal-mogħoż?
- Kien ibbuljat fl-iskola?
- Fl-età ta’ 18-il sena beda rewwixta?
- Irċieva taħriġ mill-militar Ingliż?
- Fl-ewwel għaxar snin tiegħu fil-poter, żied il-PGD tal-Libja b’600 fil-mija?
- Kiteb ktieb u dan kien meħtieġ li jinqara minn kull ċittadin?
- Għamel passi kbar fil-qasam edukattiv
- Kien iġorr tinda miegħu kull fejn jivvjaġġa?
- Kien jibża’ mill-għoli?
- Il-gwardji tiegħu kienu nisa verġni?
Muammar Gaddafi inqabad u nqatel bħal llum 9snin ilu waqt battalja. Gaddafi nstab moħbi f’kanal fil-punent ta’ Sirte minn National Transitional Council Forces u inqatel ftit wara.