Il-ġimgħa l-oħra ktibna artiklu dwar l-inizjattiva Children’s Dreams.
Proġett li kiseb popolarita’ kbira fejn ikunu qegħdin jistennewh kemm it-tfal li jkunu segwiti mill-ħaddiema soċjali fi ħdan il-fondazzjoni u kemm mill-pubbliku ġenerali.
Issa din il-kampanja, li permezz tagħha jinqatgħu x-xewqat tat-tfal vulnerabbli, ġiet imnehdija u dan il-Milied INT tista’ tferraħ tfal f’sitwazzjoni diffiċli. Filfatt din is-sena hemm 1,924 ħolma li qed jitressqu għall-attenzjoni tigħek.
Ix-xewqat kollha tat-tfal jinsabu online fuq www.childrendreams.org

Għal iżjed informazzjoni tista’ ċċempel fuq 99282198, 22959266 jew żur il-paġna Children’s Dreams Malta.