F’kummenti żvelati f’film-dokumentarju – Francesco, film li jirrakkonta l-istorja ta’ Jorge Mario Bergoglio u jitratta wħud mit-temi ewlenin tal-pontifikat permezz ta’ serje ta’ intervisti, qed jintqal li il-Papa Franġisku esprima l-appoġġ għall-unjoni ċivili tal-istess sess.
Dawn il-kummenti qajmu interess, ġew milqugħa minn bosta kattoliċi omosesswali, qajmu mistoqsijiet, ġabu rabja u kif ukoll mingħajr ebda dubju l-isqfijiet inkwetati li dawn l-għaqdiet ċivili jheddu dak li l-knisja tqis bħala żwieġ tradizzjonali – bejn raġel wieħed u mara waħda.
Għalkemm dawn id-dikjarazzjonijiet ġew irreġistrati bil-kamera, hemm ftit dubju. Dan għaliex Franġisku għandu t-tendenza li jagħmel rimarki pubbliċi off-the-cuff. Karatteristika li ġġennen kemm min jappoġġjah, kif ukoll lil kritiċi.

Dawn il-koppji għandhom dritt għall-familja tagħhom?
Jekk dak li qal hu minnu, x’se tkun il-pożizzjoni tal-knisja Maltija?