F’dan il-jum …62 sena ilu, ġie ppublikat l-ewwel ‘The Smurfs’.
Smurfs, hija razza fittizja ta’ ħlejqiet żagħar blu fejn iktar tard ġiet żviluppata f’serje ta’ kartuns animati Hanna-Barbera. Dawn deheru għall-ewwel darba fl-istorja La flute à six schtroumpfs.

Il-karattri wrew li kienu suċċess kbir, u l-ewwel stejjer dehru fil-komik Spirou fl-1959, flimkien mal-ewwel prodotti promozzjonali.
Interessanti li l-kelma “Smurf” hija t-traduzzjoni oriġinali Olandiża tal-Franċiż “Schtroumpf”, li, skont Peyo, hija kelma vvintata waqt ikla ma’ sieħbu l-kartunista André Franquin, meta ma setax jiftakar il-kelma melħ!