fbpx

Żewġt iħbieb – Storja miktuba minn Mandy Cilia

Miktub minn
Reklam

Dak iż-żmien Karla kellha madwar ħames snin. Il-familja tagħha kienet l-istitut li trabbiet fih minn mindu kienet tarbija tat-twelid. Għalkemm kienet għadha żgħira dejjem kienet tħoss li hemm xi ħaġa nieqsa fil-ħajja tagħha. Il-vojt li kienet tħoss ma damx ma mtela minn Maria, tifla tamparha li wkoll sabet ruħha l-istitut wara li l-ġenituri tagħha sfaw maqtula. Karla ppruvat tagħmel minn kollox biex tferraħ lil Maria u fi ftit żmien saru żewġt iħbieb tal-qalb. Kienu jagħmlu kollox flimkien u s-sorijiet anke ħadu lil Maria fl-istess kamra ma’ Karla biex ikunu aktar qrib xulxin.

Iż-Żmien kompla għaddej u minn dik il-ġurnata fejn iltaqgħu l-ewwel darba kienu għaddew is-snin. Meta Maria għalqet l-għaxar snin, koppja uriet ix-xewqa li taddotaha. Ftit xhur wara l-istess koppja reġgħet ġiet l-istitut din id-darba biex tieħu magħha lil Maria ħalli jibdew ħajja ġdida flimkien. Karla baqgħet hemm fil-kamra li issa kienet tagħha biss, wara l-ħġieġa tara lil Maria id f’id bejn dawk li firduha minnha għal dejjem. Damet xhur sħaħ tibki t-telfa ta’ ħabibitha u s-sorijiet kienu jitħassruha tgħidx kemm.

Kienu jippruvaw jagħmlulha ħafna kuraġġ imma hi kienet tgħidilhom ‘’Għaliex lili ħadd qatt ma ħadni miegħu? Jaqaw jien mhux sabiħa daqs Maria? Hija kellha ċ-ċans tgawdi lill-ġenituri tagħha għal ħames snin sħaħ u issa l-bambin reġa’ bagħtilha oħrajn. Jien qatt ma kelli x-xorti nħobb bħalha’’ Għalkemm iż-żmien itaffi l-uġigħ, il-ferita qatt ma tingħalaq għal kollox u minn dakinhar għaddew bosta snin.


Maria kienet tinsab b’ritratt f’idejha tagħha u ta’ Karla meta kienu għadhom tfal żgħar u hemmhekk ħasset bħal tingiża ta’ kuxjenza għaliex kienet abbandunatha għal kollox. Xtaqet issir taf x’kien sar minn ħabibitha wara li telqet mill-istitut imma għalxejn fittxet għax qatt ma ħadet b’aħbar Karla.
Hi u sejra lura d-dar b’qalbha maqtugħa għall-aħħar baqgħet dieħla f’waħda mara.

‘’Skużani, moħħi ma kienx hawn’’

‘’Ma ġara xejn, l-aqwa li ma’ weġġa’ ħadd’’ Qaltilha l-oħra u baqgħet sejra. Maria ħarset lejn dik il-mara u baqgħet miexja.

Mur għidilhom li wara dawk is-snin kollha reġgħu ġew wiċċ imb wiċċ u kellmu lil xulxin. Dik kienet Karla imma Maria m’għarfitiex.

Reklam

Ixxerja din il-paġna

Share on facebook
Facebook
Share on twitter
Twitter
Share on linkedin
LinkedIn

Ara wkoll

Reklam
Reklam

Ipparteċipa f'TEK TEK

Għandek xi kitba, ritratti jew filmati? 

Reklam
Reklam
EnglishMaltese