fbpx

DESTIN L-aħħar parti – Storja miktuba minn Jenson Elsworth

Miktub minn
Reklam

Ara l-ewwel parti hawn.

“Hemm… Alla sema’ talbi? Sema’ t-tinwiħ u t-tixrid tad-dmugħ?”, bdiet tgedwed waħedha.

Reġgħet ġiet ħiemda u sielma. Binha ttenda bis-silenzju t’ommu u saqsiha xi ġralha. Fl-aħħar ħarġet x’kellha fl-istonku u qaltlu kollox. L-aspett pożittiv hu li fehma mal-ewwel. Kien jaf kemm kienu differenti l-affarijiet qabel, u ma setax jimmaġina minn xiex għaddiet iżda prova juriha s-sapport fejn seta’. Wegħdha li ħa jgħinha fejn hu possibbli. Ix-xewqa tagħha kienet li tintaqa’ ma’ Grace meta tasal Malta, tingħaqad ma’ bintha u forsi tintela’ b’allegrija u hena li tant hi nieqsa minnhom. Binha wissiha li ħa jintaqgħu magħha b’xi mod jew ieħor.

Fil-fatt wasal iż-żmien fejn Grace ġiet Malta. Għamlu kuntatt ma’ min kien hemm bżonn u kienet se tkun sorpriża li l-omm tintaqa’ ma Grace. L-omm ġa bdiet tħossha mimlija b’dawl li ħa tmiss lil bintha u taraha quddiem għajnejha. Kif waslet il-ġurnata l-omm kienet eċitata aktar minn qatt qabel. Iżda l-ġurnata ħadet tidwira u l-emozzjonijiet tal-omm inbidlu ta’ taħt fuq. Minn ferrieħa qalbet għal melankonija u mrar minħabba aħbar verament iebes u tas-swied il-qalb. Seħħ inċident tat-traffiku fejn mietu żewġ figuri kruċjali għall-omm; bintha li tgħix magħha u żewġha. Ma setgħitx temmen b’dan il-kastig. Sabet bint, insomma għadha ħa ssib bint… u tilfet oħra. Aktar minn hekk tilfet il-żewġha. Lanqas biss kellha ċans tispjegalu bil-kwiet minn xiex kienet għaddejja. Ħtija li ħa tibqa’ tiġri warajha ħajjitha kollha.

It-tifla l-oħra għadha ma rathiex, u ma kellix tama’ li ħa taraha. Tħoss li ħajjitha waqfet. Kollox xi ġralha ħalliha staġnata. Tlett ijiem wara seħħ il-funeral ta’ bintha u żewġha. Dakinhar fil-massa nies minn taħt il-għajn tilmaħ tfajla b’wiċċ familjari. Kienet Grace. Kif kienet hemm ma tafx. Imma grata li ratha. Fil-fatt avviċinata flimkien ma’ binha.

Qaltilha b’ton sogħbin, “Grace?”

“Marygrace, jekk…”, weġbitha lura. Iżda kif ħarset lejha waqfet. “Int…”

“Iva binti. Jien… jien ommok. Dan ħuk. Jiddispjaċini talli ntqajna’ hekk. Ma kontx naf x’sar minnek u…”, bdiet tkellimha minn qalbha.

Ma ħallitix tispiċċa. Grace resqet lejhom. Marret fuqhom u għannqithom.

“M’għandekx għalfejn tispjega xejn. M’huwiex ħinu. Jiddispjaċini ma. Kondoljanzi.”, kellmitha minn taħt l-ilsien.

L-omm għannqitha sewwa lura. U nfaqgħet tibki fuqha bid-dwejjaq tat-telf tal-familja tagħha u ta’ gratitudni li hawn hi magħha.

TMIEM

Reklam

Ixxerja din il-paġna

Share on facebook
Facebook
Share on twitter
Twitter
Share on linkedin
LinkedIn

Ara wkoll

Reklam
Reklam

Ipparteċipa f'TEK TEK

Għandek xi kitba, ritratti jew filmati? 

Ara wkoll

Reklam
Reklam
EnglishMaltese