fbpx

Ir-Raġel tal-Ixkora

Miktub minn
Reklam

Qatt kienu jbeżżgħuk bir-raġel tal-ixkora meta kont iżagħar?
Ġieli smajthom isemmuh?
Min hu dan ir-raġel? Hemm storja veru relatata? Jew din hija biss xniegħa biex ibeżżgħu lit-tfal?

L-awtur Clayton Pace, ħareġ b’din l-istorja addattata għal żmien il-Halloween. Propju kif jimmaġina lil dan ir-raġel tal-ixkora hu stess. Storja stramba li jekk titlef ftit minnha, tkun tlift ħafna.

Jieħdu sehem fost oħrajn – Sandra Davis, Clayton Zammit (iċ-Ċomba), Xylon MIcallef, Kaya Falzon, Whitney Bartolo u Trizianne Vella. Kitba u direzzjoni ta’ Clayton Pace. Stramb huwa l-fatt li l-atturi se jkunu qed jużaw isimhom propja avolja jkunu qed jinterpretaw karattru! ..jew għallinqas hekk suppost bdew jgħamlu.

Din hija storja li m’għandekx titlef.

Jekk tiftakar il-film Id-Destin, din l-istorja qed tiġi maħduma mill-istess żewġ kumpaniji. Brighter Image u Mixta Drama. Għalkemm Id-Destin kif ukoll il-films tal-Halloween, huma iktar sinomini ma’ l-adulti, din id-darba l-kittieb kiteb dan il-film qasir ta’ 10 minuti għall familja kollha.

Ir-Raġel tal-Ixkora se jixxandar fuq dil-paġna nhar is-Sibt 31 ta’ Ottubru fis-19:30.

Kif ukoll se jixxandar fuq l-istazzjon ONE TV il-Ħadd fl-1 ta’ Novembru fl-10:30am u fil-17:20, kif ukoll it-Tnejn 2 ta’ Novembru fn’12:35, fit-15:35 u fil-17:15.

Reklam

Ixxerja din il-paġna

Share on facebook
Facebook
Share on twitter
Twitter
Share on linkedin
LinkedIn

Ara wkoll

Reklam
Reklam

Ipparteċipa f'TEK TEK

Għandek xi kitba, ritratti jew filmati? 

Reklam
Reklam
EnglishMaltese