F’April, ħafna minna bdejna naħdmu mid-dar u għalekk kulħadd itektek fuq il-keyboard jew anke min forsi tektek rasu mal-ħajt.
Iddeċidejna li TEK TEK iżżomm kumpanija lilkom b’intervisti bħall X’sar minnhom? u Niltaqgħu ma’. Bdejna niktbu xi artikli, logħob, riċetti, rumanzi qosra, diversi pariri professjonali, oroskopju, kompetizzjonijiet u iktar.




Illum, ma tistax issemmi TEK TEK mingħajr ma ssemmi TEK TEK TOK li beda fuq l-idea ta’ TIK TOK, kif ukoll Xiż-Żikk! programm fejn fih, il-mistiedna tagħna jkollom jieklu ikel stramb u ta’ ftit sfida wkoll.




Le. M’AĦNIEX se nieqfu hawn. Ġej iktar.
Nhar is-Sibt, 31 ta’ Ottubru fis-19:30 se nxandru Ir-Raġel tal-Ixkora. Film qasir ta’ 10 minuti. Dan qabel ma jixxandar fuq l-istazzjon televiżiv ONE. Iva, ESKLUSSIVAMENT fuq din il-paġna.

Bilħaqq! Issa ftaħna ħanut ukoll. Idħol agħti titwila hawn.
Matul il-Milied se jkolna skeda speċjali li se tiġi skedata dalwaqt.
Jekk għandek xi suġġerimenti għalina, mhux kemm ittektkilna ftit jaħasra!