fbpx

Bluha taż-żgħożija – Storja miktuba minn Mandy Cilia

Miktub minn
Reklam

Kienet lejla sajfija b’żiffa kajmana għall-aħħar. Grupp ta’ tfal li ma kellhomx aktar minn tnax-il sena kienu qed jiġru wara xulxin kollha daħkana sakemm wieħed minnhom deher jagħmlilhom sinjal biex ikellimhom. Ftit wara kolla kemm huma daħlu ġo sit privat tal-kostruzzjoni li għalkemm kien hemm tabella biex ma jidħol ħadd għax jaf ikun hemm il-periklu,injorawha ui daħlu xorta.

Telgħu t-taraġ sa fuq nett u daħlu ġo kamra mdaqqsa fil-waqt li bdew josservaw dak li kien hemm madwarhom. Wieħed minnhom beda jixxabbat biex jipprova jinżel fis-sular ta’ taħt minħabba li ma kienx hemm aċċess min-naħa ta’ ġewwa iżda ma rnexxilux. Kien hemm oħrajn li ppruvaw jagħmlu bħalu iżda l-istess bħal ta’ qabilhom ma setgħux jaqbżu.

Biss tifel minnhom kien għadu ma ppruvax għalhekk kollha daru fuqu biex jipperswaduh ħalli jaqbeż hu. Dan li kien jibża’ mill-għoli twerwer hekk kif mar jittawwal imma biex ma jidhirx ġifa quddiem sħabu u ma jkollomx biex jgħiruh iddeċieda li jipprova. Hekk kif ta pass u siequ serħet ma’ ħadida, din ċediet bih u waqa’ għall-isfel. Qam pandemonju sħiħ u kollha kemm huma qabdu jippanikjaw. Ma kinux jafu x’ser jaqbdu jagħmlu kif rawh mal-art kollu dmija mingħajr ma jiċċaqlaq. Ftit wara ħarġu jiġru minn dak il-post u tnejn minnhom marru għall-ġenituri ta’ dak it-tifel biex jagħtuhom l-aħbar.

Kien dam xahrejn l-isptar ġo koma jilgħabha bejn ħajja jew mewt u issa hu u jħares lejn il-mera waqt li jiftakar fil-passat jinduna kemm kien iblah li kien ċeda għal kliemhom u pprova juri x’jaf jagħmel huwa wkoll. Lanqas li kieku ried ma seta’ jinsa dak li kien ġralu għax il-farrett li kellu f’wiċċu baqa dejjem hemm ifakkru l-bluha ta’ żgħożitu.

Reklam

Ixxerja din il-paġna

Share on facebook
Facebook
Share on twitter
Twitter
Share on linkedin
LinkedIn

Ara wkoll

Reklam
Reklam

Ipparteċipa f'TEK TEK

Għandek xi kitba, ritratti jew filmati? 

Reklam
Reklam
EnglishMaltese