Children’s Dreams għamlu rekord!
Ftit tal-jiem ilu bħall ma jsir kull sena, ġiet imnehdija l-kampanja
Children’s Dreams li permezz tagħha jinqatgħu x-xewqat tat-tfal vulnerabbli. Filfatt din is-sena kien hemm 1,924 ħolma.
F’ 10 ijiem intlaħqet il-mira u il-ħolm se jiġi mwettaq KOLLU!
Ir-rigali, issa għandhom jittieħdu fl-uffiċini ta’ Children’s Dreams 50, Triq il-Ghasel, il-Mosta sa nhar l-Erbgħa 16 ta’ Diċembru.

Dan il-pajjiż għandu qalb ġeneruża mmens u ħafna nies huma diżappuntati li din is-sena ma kellhomx iċ-ċans li jwettqu ħolma.
Jekk xorta tixtieq tipparteċipa, qed jiġu aċċettati vawċers jew donazzjonijiet li jistgħu jintużaw f’każ li xi ħolm ma jasalx (ġeneralment jiġri kull sena li xi wħud mill-ħolm ma jaslux). Jekk il-ħolm jaslu kollha, dawn il-vawċers jew donazzjonijiet jiġu użati matul is-sena għall-istess tfal 🙂
Għal iżjed informazzjoni tista’ ċċempel fuq 99282198, 22959266 jew żur il-paġna Children’s Dreams Malta.