fbpx

L-effett tal-pandemija Covid-19 fuq is-saħħa mentali.

Miktub minn
Reklam

Aspett ieħor ta’ din il-pandemija li laqtitna huwa dak ta’ l-effett fuq is-saħħa mentali. Bosta huma dawk il-persuni li ħakmithom ansjeta’, biża’ kif wkoll solitudni speċjalment persuni li jgħixu waħedhom u anzjani minħabba din is-sitwazzjoni.

L-ansjeta’ hi emozzjoni li normalment inħossuha bħal meta ikollna xi eżami jew appuntament għand tabib jew inkunu anzjużi għal xi sitwazzjoni li ma nafux kif se tiżviluppa. Biss ansjeta’ żejda tista’ taffettwa il-ħajja ta’ kuljum u tista’ twassal saħansitra għal dipressjoni.

X’inhuma l-indikazzjonijiet li persuna qed tbati minn ansjeta’ żejda?
– Rata mgħaġġla tat-teħid tan-nifs
– Rass fis-sider
– Rogħda
– Qtugħ ta’ nifs
– Rata mgħaġġla li biha tħabbat il-qalb
– Sens ta’ biża’ u attakk nervuż
– Problemi fl-irqad
– Sens ta’ tensjoni
– Għejja
– Problemi gastrointestinali
– Diffikulta’ biex taħdem jew tikkonċentra
– Attakki ta’ paniku

Huma diversi it-termini mediċi li jiddiskrivu kundizzjonijiet mentali ikkawżati minn ansjeta’. Dawn nitkellmu fuqhom f’artikli oħra il-għaliex huwa suġġett vast. Iżda ta min nitkellmu fuq ir-realta’ attwali fuq l-ansjeta’ li uħud qed ibagħtu minnha kawża tal-pandemija. Ħafna huma dawk il-persuni li qed isibu ruħhom ta’ spiss ifittxu l-aħbarijiet jew il-midja soċjali fuq aġġornamenti tas-sitwazzjoni u ta sikwit iħossuhom anzjużi kif wkoll beżgħana li jiġu infettati bil-virus Covid-19 jew li jitilfu lil xi ħadd għażiż għalihom kawża ta’ l-istess virus.

Hawnhekk ta’ min insemmu wkoll li uħud iggravaw jew qedin f’riskju li jiżviluppaw l-obsessive compulsive disorder (OCD) fuq l-iġjene, kundizzjoni fejn persuna tiżviluppa ossessjoni fuq l-indafa. 

Ma nistax ma nsemmix wkoll effetti oħrajn fuq is-saħħa mentali fosthom
is-solitudni u id-dipressjoni. Is-solitudni hija komuni fl-anzjani li jgħixu waħedhom u li mhumiex joħorġu minħabba li huma vulnerabbli jew li
l-familjari tagħhom mhux iżuruhom minħabba id-distanza soċjali.

Is-solitudni tista’ twassal wkoll għad-dipressjoni, għalhekk huwa importanti li inżommu kuntatt frekwenti permezz tat-telefon jew nintroduċuhom għal programmi fejn jistgħu isiru telefonati bil-vidjo permezz ta’ mobajl, kompjuter jew laptop. 

Persuni oħra sfortunatament iggravaw id-dispressjoni jew jinsabu f’sitwazzjonijiet ta’ dipressjoni minħabba problemi finanzjarji jew biża’ li ser jonqsilhom ix-xogħol kif wkoll għax ma jistgħux jipprattikaw
il-passatemp tagħhom jew jgħixu il-ħajja regolari tagħhom minħabba
ir-restrizzjonijiet. 

       
Kif għandna nieħdu ħsieb is-saħħa mentali waqt din il-pandemija?

– Infittxu li nżommu kontroll. Għandna nibdew billi nippruvaw inżommu kontroll billi innaqqsu milli naraw spiss aġġornamenti t’aħbarijiet jew mill-użu tal-midja soċjali. Inqas kemm naqraw jew nisimghu aħbarijiet relatati mas-suġġett , aktar ikun ta’ ġid għas-saħħa mentali tagħna.  
– Inżommu ruħna attivi fiżikament. Huma importanti li inżommu attivi fiżikament u niddedikaw ħin għal eżerċizzji fiżiċi li faċilment jistgħu isiru fid-dar, bħal joga u pilates. Mixjiet fil-kampanja huma wkoll irrakkomandati. 
– Nieklu dieta bilanċjata u innaqqsu il-konsum ta’ kafe’ u prodotti oħra li fihom il-kafeina billi dawn hemm  ċans li aktar iżidu l-ansjeta’
– Norqdu minn ta lanqas 8 sigħat kuljum. Nirrimarka wkoll li kemm jista’ jkun nevitaw l-użu tal-mobajl jew apparat elettroniku ieħor qabel l-irqad.
– Inqattgħu aktar ħin għal passatempi sabiex naljenaw.


Persuni li jħossu il-bżonn li jitkellmu ma’ persuni oħra dwar l-ansjeta’ jew id-dipressjoni jistgħu wkoll jirrikorru għand psikologi li huma professjonisti li jistgħu jagħtu pariri siewja u li kapaċi jagħtu widen b’ ħafna paċenzja u dedikazzjoni.

F’każi fejn l-ansjeta’ u d-dipressjoni jaffetwaw il-ħajja ta’ kuljum b’mod inkontrollabbli, wieħed għandu jitkellem ma’ tabib. 

Il-kamomilla, it-te’ aħdar kif wkoll iċ-ċikkulata skura kif wkoll żjut essenzjali bħal dawk tal-lavanda u l-balzmu tal-lumi jgħinu sabiex jikkalmaw l-ansjeta’. Estratti minn ħxejjex naturali bħal valerjana u passion flower wkoll huma indikati sabiex jikkalmaw l-ansjeta’ iżda importanti li niddiskutu ma’ l-ispiżjar jew it-tabib tagħna qabel ma’ nieħdu dawn il-preparazzjonijiet billi jistgħu jinterferixxu ma’ mediċini oħrajn.     

L-Ispiżjara Kathryn Galea

Reklam

Ixxerja din il-paġna

Share on facebook
Facebook
Share on twitter
Twitter
Share on linkedin
LinkedIn

Ara wkoll

Reklam
Reklam

Ipparteċipa f'TEK TEK

Għandek xi kitba, ritratti jew filmati? 

Reklam
Reklam
EnglishMaltese