fbpx

Mostri, sħaħar u il-Babaw

Miktub minn
Reklam

Illum niċċelebraw festa li tiġi ‘ċċelebrata’ f’ħafna pajjiżi. Il-Halloween. Propju lejlet il-festa nisranija ta’ Jum il-Qaddisin kollha.

Hawn diversi teoriji li jgħidu minn fejn twieldet din iċ-ċelebrazzjoni.

Hawn Malta, bħal diversi pajjiżi oħra madwar il-globu, hawn min jaqbel li din tiġi ċċelebrata u min jgħid li hija festa tax-xitan u jibża.

Ibża’ mill-ħajjin mhux mill-mejtin!

Jekk xejn it-tfal jieħdu gost jaqilgħu xi ħlewwiet u jilbsu xi kostum ta’ mostri, sħaħar, fatati, belliegħa, il-waħx u forsi anke tal-Babaw.

Ovvjament din is-sena, minħabba dal-virus tal-biża’, il-Halloween irid jiġi ċċelebrat b’kawtela. Mhux rrakomandat li jkun hawn tfal jiġru fit-toroq jittalbu għall ħelu u mhux se jiġu organizzati attivitajiet.

Tinsiex. Li ser tagħmel fi tmiem il-ġimgħa ser jaffettwa l-każijiet tal-COVID-19 fil-jiem ta’ wara. Din is-sena, tmurx Ħlewwa jew Dnewwa u ibqa’ ġewwa!

Jekk iddekorajt id-dar jew il-post tax-xogħol, ibagħtilna ritratt u aħna nuruh.

Issa mur aqsam biċċa għadma mimlija lewż pur, kikkra kafe’ u ħallih ħa jħabbat!

…għall-erwieħ, tal-wiċċ u tal-qiegħ.

Reklam

Ixxerja din il-paġna

Share on facebook
Facebook
Share on twitter
Twitter
Share on linkedin
LinkedIn

Ara wkoll

Reklam
Reklam

Ipparteċipa f'TEK TEK

Għandek xi kitba, ritratti jew filmati? 

Reklam
Reklam
EnglishMaltese