Laika. Il-kelba li kienet waħda mill-ewwel annimali fl-ispazju, u l-ewwel annimal li dar id-dinja. Minn kelba mitlufa tiġri fit-toroq ta’ Moska, intgħażlet biex tkun il-passiġġiera fil-vettura spazjali Sovjetika Sputnik 2 li telgħet fl-ispazju bħal-lum 63 sena ilu.
Laika mietet fi ftit sigħat issoffri minn sħana żejda. Il-kawża vera u l-ħin tal-mewt tagħha ma sarux pubbliċi qabel l-2002; minflok, kien irrappurtat li mietet hekk kif l-ossiġenu tagħha spiċċa fis-sitt jum jew, kif inizjalment sostna l-gvern Sovjetiku, ġiet ewtanizzata qabel it-tnaqqis tal-ossiġnu.
Fil-11 ta’ April 2008, uffiċjali Russi kixfu monument iddedikat lill-Laika.
Monument żgħir li inbena ħdejn il-faċilità tar-riċerka militari f’Moska.
