fbpx

IL-BIEB TAL-KANTINA – Storja miktuba minn Jenson Elsworth

Miktub minn
Reklam

Minn mindu kont tifla ċkejkna kont niġġenen biex noqgħod għand in-nanna. Kemm nippreferi noqgħod waħdi, jien u hi biss ġewwa. Mingħajr ommi, missieri jew ħuti. Ma nbiddel xejn milli nintefa’ ma’ nannti komda komda.

In-nannu kien ibaħħar, allura n-nanna kienet tqatta’ ħafna ġranet solitarja. Kont nitħassarha naraha iżolata. Kienet taqbadni ferneżija u isteriżmu biex noqgħod għandha. Il-verita’ assoluta kienet li d-dar tan-nanna kienet tattirani wisq, issaħħarni u nimtela b’kurżita enormi x’hemm fiha. Kienet dar kolossali. Kif tidħol issib intrata wiesa’ u spazjuża. Fuq il-lemin issib kċina, u fix-xellug salott arkajk li dejjem ikun magħluq. Forsi jinfetaħ ftit matul il-festa jew fit-tberik. Fin-nofs tinżel erba’ tarġiet u ssib bitħa voluminuża u żewġt imħażen grandjużi fuq wara tad-dar. Fuq il-ġenb tal-intrata viċin il-kċina, issib taraġ li trid żmien u għomor biex tnaddfu li jagħti għal fuq. Fis-sular ta’ fuq hemm ħames kmamar tas-sodda ta’ bla użu. Kien hemm taraġ li jtellak għal fuq il-bejt li minnu kont tara dehra meraviljuża tal-Port il-Kbir.

Taħt it-taraġ kien hemm bieb jinfed għall-kantina li ma nafx għala qatt ma kien jinfetaħ. Nannti dejjem b’xi skuża ġdida. Daqqa tgħidli li għax hemm il-bir u hemm ċans naqa’ ġo fih, daqqa għax dlam ċappa jew minħabba l-wurdien jew xi mitt skuża oħra. Aktar ma tgħidli ħrafa wara oħra, il-kurżita teskala aktar. Fl-aħħar rabbejt il-kuraġġ biex niskopri x’hemm wara dak il-bieb misterjuż u għala nannti dejjem iżomm dak il-bieb imsakkar.

Skoprejt li l-bieb magħluq b’muftieħ. U kelli idea fejn setgħet tkun iċ-ċavetta tiegħu. Fil-kexxun tal-pożambrella kien hemm mazz ċwievet. Naf li qedgħin hemm minħabba li n-nanna kienet tibgħatni nġibilha l-ġanbul minn ġo fiha biex tnaddaf ir-ram. Ma kellix l-iċken problema biex nidħol f’dak il-bieb issa la naf fejn huma ċ-ċwievet. Kif ukoll, in-nanna kienet torqod wara nofsinhar, u apparti minn hekk, kienet tagħmel ħin barra mid-dar biex tixtri jew tmur il-quddies. Xi kultant kont naħrabhom jien. Darba waħda marret il-quddies, allura ħtaft l-opportunita’. Kif ħarġet mill-għatba tal-bieb u smajt il-bieb jissabbat, mort. Mort għaċ-ċwievet u bdejt l-investigazzjoni tiegħi. Il-bieb li jinfed għall-kantina faqqa’. Beda jżaqżaq. Għamel ħoss li jkemmex. Ħoss li jkessaħ l-sinsla tad-dahar. Infetaħ. Iswed dlam biss tara. Xegħlt it-torċ. Rajt swiċċ tad-dawl u xegħltu. Inżilt it-taraġ sabiħ u estiż. U skoprejt li hemm isfel hemm eżatt bħal m’hemm fuq. Qisni għadni nidħol mill-intrata’ ta’ fuq. Fotokopja.

Tkompli.

Reklam

Ixxerja din il-paġna

Share on facebook
Facebook
Share on twitter
Twitter
Share on linkedin
LinkedIn

Ara wkoll

Reklam
Reklam

Ipparteċipa f'TEK TEK

Għandek xi kitba, ritratti jew filmati? 

Ara wkoll

Reklam
Reklam
EnglishMaltese