NaħsebFik huwa proġett indipendenti ta’ 6 snin li jopera bl-għajnuna tal-Ministeru għal Għawdex, bil-għan li jgħin lill-anzjani li qed jiffaċċjaw diffikultajiet soċjali u tas-saħħa, u wkoll tfal b’diżabilitajiet fit-tagħlim.
Il-proġett jgħin biex ix-xewqat tal-Milied ta’ dawn in-nies, iseħħu.
Din is-sena, xi anzjani jridu xi ħwejjeġ ġodda u prodotti ta’ iġjene. Xi tfal iridu lampa tal-lava (Lava lamp). Il-listi jinġabru mill-Ħaddiema Soċjali, u jingħataw lit-tim tal-websajt.
Inħeġġuk tidħol fil-websajt NaħsebFik.com u tagħżel liema xewqa tal-Milied tixtieq twettaq.
Wara li tixtri r-rigal, tista’ twasslu lill-Ministeru għal Għawdex, jew inkella jistgħu jinġabru minn ħaddiem li jiġi jiġborhom darbtejn fil-ġimgħa

Wara li jinġabru r-rigali, il-ħaddiema soċjali jagħtuhom lill-anzjani u lit-tfal għall-Milied.
Għal iktar informazzjoni tista’ tidħol hawnekk.