fbpx

IL-BIEB TAL-KANTINA It-tieni parti – Storja miktuba minn Jenson Elsworth

Miktub minn
Reklam

Eżattament qisek dieħel l-intrata iżda din id-darba hemm erba’ twieqi fl-għoli fejn kienu jħarsu għall-bitħa. L-istess ġemgħa ta’ kmamar; il-kċina, tal-pranzu u s-salott. Meravilja ta’ kmamar. Kmamar massivi. Kamra minnhom kien hemm l-inbid tan-nannu u l-kamra l-oħra kien hemm kull tip ta’ mbarazz minn fajjenza, siġġijiet li jidhru li għamlu żmienhom u frammenti ta’ għamara. Dort il-kmamar ta’ fuq fuq u milli lmaħt kollox fotokopja ta’ fuq. Pjuttost xi ħaġa pekuljari u assurda iżda mirakuluża. Pruvajt naħseb fuq ir-raġuni għalxiex dan il-post hu ta’ sigriet u misteru.

In-nanna kienet mara riservata, ħiemda u kliem mill-inqas ħlief biex tirrakkonta l-passat sabiħ tagħha, u ma ninsewx il-praspar bombastiċi li kienu jagħmlulha ommu u z-zijiet tiegħi. Min-naħa l-oħra n-nannu kien iktar kliemu miftuħ u niftakar kien jgħidli “boċċ mur ġibli flixkun inbid.” In-nanna tinkorla u kienet tgħidli li jekk irid xi ħaġa jġibha hu. Dejjem l-istess battibekki. Dejjem fuq hekk kienu jippillaw lil xulxin.

Jien bħalissa moħħi qiegħed jewdhen fuq hemm isfel. Nikkontempla dwar ir-raġuni għalxiex ma tavdanix hemm isfel… kienet tavdani kullimkien, saħansitra anke fuq il-bejt. Allura ma tagħmilx sens li fuq hekk ma tavdanix. Lura għall-investigazzjoni tiegħi. Fil-ġenb eżatt kif tinżel it-taraġ estiż tal-kantina, inntuajt xi ħaġa differenti. Hemm bieb arkajk, bl-injam qisu ħa jaqa’ biċċa, biż-żebgħa imqaxxar u b’muftieħ ieħor. Pruvajt ċavetta oħra mill-mazz u qablet. Kif bexxaqt ftit il-bieb. Beda jżaqżaq. Jidher li ilu ma jinfetaħ żmien u għomor. Ġiet riħa qawwija ta’ umdu u anke ta’ baħar imma ħafifa. Kif jista’ jkun ħarġet riħa hekk? Imbagħad ta’ baħar! Feġġ bhal taraġ qisu niżla. Mill-bogħod instema’ ħoss aħrax li beda jbatti bil-mod. Mal-ewwel għalaqtu bil-ħasda. Kont bejn ħaltejn jekk nidħolx jew nibqa’ fejn jien. Id-deċiżjoni kienet awtomatika minħabba li ttawwalt lejn l-arloġġ t’idi u ndunajt li għaxar minuti oħra tiġi n-nanna! Tlajt niġri l’fuq u tfajt kollox f’postu.

Għamilt lejl u nhar naħseb fil-fond x’hemm isfel. Dawn il-misteri kollha! Fejn bsart li meta dħalt f’dik il-kantina ħa nsib misteru ferm ikbar!

Tkompli.

Reklam

Ixxerja din il-paġna

Share on facebook
Facebook
Share on twitter
Twitter
Share on linkedin
LinkedIn

Ara wkoll

Reklam
Reklam

Ipparteċipa f'TEK TEK

Għandek xi kitba, ritratti jew filmati? 

Reklam
Reklam
EnglishMaltese