fbpx

Ħbieb tal-qalb – Storja miktuba minn Mandy Cilia

Miktub minn
Reklam

Kristina u Thomas ilhom għaxar snin ħbieb tal-qalb iżda kienu ilhom jafu lil xulxin ħafna iktar minn hekk. Kienu joħorġu mal-istess grupp ta’ ħbieb u jmorru fejn imorru dejjem flimkien, biss qatt ma kien hemm xejn bejniethom. Maż-żmien Kristina ħassitha tinġibed lejh iżda Thomas qatt ma wriha attenzjoni żejda għalhekk ħasbet li ma kienx jiffanzjaha.

Darba waħda waqt li kienu l-grupp kollu ddeċidew li jilagħbu l-logħba tal-flixkun, logħba li kienu jilagħbuha ta’ spiss. Xi ħadd minn sħabhom kien jaf kemm Kristina ilha tipprova toħroġ ma’ Thomas għalhekk sab ix-xoqqa f’moxta kif il-flixkun waqaf fid-direzzjoni tiegħu.

‘’Trid tbus lil Kristina’’ Qallu seħibhom. Thomas li kien jistħi mhux ħażin ipprotesta u ma ridx jagħmel dak li talbu sieħbu. Bdew jizzikawh u jaqbdu miegħu sakemm indunaw li Kristina ma kinitx għadha fiċ-ċirku magħhom.

‘’Żgur ħadet għaliha’’ Qalet ħabibitha

‘’Mhux dan kisirha’’ U t-tnejn li huma telqu jfittxu lil Kristina. Sabuha tibki waħidha u tnejn ippruvaw issabruha.

‘’Tagħtix kasu’’ Qaltilha l-ewwel waħda

‘’Ma kellix dubju li ma nogħġbux imma llum għamilha wisq ovvja’’ Qaltilhom Kristina.

‘’U le dak għax forsi jistħi’’ Ippruvat tagħmlilha l-kuraġġ l-oħra imma ma tantx rnexxielha għax Kristina telqet lura lejn id-dar u ma kienx beħsiebha toħroġ aktar magħhom meta jkun hemm Thomas.

Kontra qalbhom sħabha marru lura ħdejn il-grupp mingħajrha u rrakuntawlhom kollox. Thomas beda jħossu ħati tal-inkwiet li nqala’ bejniethom għalhekk sellem lil kulħadd u telaq ‘l hemm huwa wkoll. Beda jiġri kemm jiflaħ forsi jilħaq lil Kristina ħalli jiskuża ruħu magħha.

‘’Kri, ieqaf ħa nkellmek’’ Qalilha b’nifsu maqtugħ. Hi dehret sorpriża u waqfet għalhekk għamel ftit tal-kuraġġ u qalilha


‘’Skużani jekk ksirtek, ma kinitx l-intenzjoni tiegħi’’

‘’Tagħtix kas issa għaddiet’’ U kienet ser tkompli miexja imma hu żammha minn idha.

‘’Stenn. Nixtieq ngħidlek xi ħaġa imma nibża’ li mhux ser tifhimni’’ Ratu aġitat imma ħasbet li qed jiddejjaq jgħidilha li hu qatt ma kellu nteress fiha.

‘’Naf x’ser tgħidli. Li ma nogħġbokx hux veru?’’

‘’Le mhux hekk anzi int vera tfajla ħelwa u min għad ikun tiegħek veru se jkun iffortunat’’

‘’Mela għala ma tridnix?’’ U x’ħin qaltlu hekk infaqa jibki. Dak il-ħin inbegħlet, ma kinitx taf x’ser taqbad tagħmel.

‘’Jien, jien inħossni miġbud lejn il-ġuvintur mhux lejn it-tfajliet qed tifhem?’’ Jekk stenniet minn kollox żgur ma stennitx biex kien ħiereġ Thomas.

Dak il-lejl damet ħafna taħseb u għamlet ġimgħat tibki għax indunat li Thomas qatt ma jista’ jkun tagħha kif xtaqet hi. Iżda maż-żmien xi ħadd ieħor daħal f’qalbha u lil Thomas kienet tarah biss bħala ħabib, ħabib tal-qalb għax wara li kien fetaħ qalbu magħha spiċċaw biex saru ħbieb tal-qalb.

Illum Thomas kien ser jiżżewweġ lil maħbub tiegħu u bi Kristina maġenbu bħala x-xhud tiegħu kien qed iħossu l-iktar persuna ferħana fid-dinja. 

Reklam

Ixxerja din il-paġna

Share on facebook
Facebook
Share on twitter
Twitter
Share on linkedin
LinkedIn

Ara wkoll

Reklam
Reklam

Ipparteċipa f'TEK TEK

Għandek xi kitba, ritratti jew filmati? 

Ara wkoll

Reklam
Reklam
EnglishMaltese