fbpx

Il-Kolesterol

Miktub minn
Reklam

Spiss nisimgħu persuni jgħidulna li ma jistgħux jieklu ta spiss xi tip ta’ ikel minħabba li għandhom il-livell tal-kolesterol fid-demm għoli.

Imma x’inhu eżatt il-kolesterol? Il-kolesterol kollu huwa ħażin?

Tajjeb ngħidu li il-kolesterol jimxi fid-demm imqabbad ma’ proteini speċifiċi.
Hemm il-proteini ta’ densita’ baxxa (low density lipoproteins – LDLs)
kif ukoll dawk ta’ densita’ għolja (high density lipoproteins – HDLs).
Dan il-fatt huwa importanti li nsemmiegħ il-għaliex il-kolesterol HDL filfatt huwa ta’ ġid għall-ġisem, filwaqt li dak LDL mhux.

Il-kolesterol HDL jgħin ikisser il-kolesterol LDL u għalhekk huwa
ta’ benefiċċju. Huwa jrid ikun f’livelli bejn 0.9-1.45 mmol/L.
Iż-żejt taż-żebbuġa, legumi kif wkoll ikel li fih l-aċidi grassi Omega-3 bħal
salamun u sardin huma ta’ benefiċċju biex jinżammu livelli mixtieqa ta’ kolesterol HDL fid-demm.

Minn naħa l-oħra, il-kolesterol LDL niddiskrivuh bħala ħażin għax jinġema’ fil-ġnub ta’ l-arterji, u f’livelli għolja maż-żmien jifforma kisja iebsa u jikkawża djuq. Dan id-djuq joħloq problemi bħal pressjoni għolja, rass fis-sider (anġina), attakk tal-qalb u puplesija (stroke).

X’inhuma il-fatturi riskjużi ta’ livelli għolja ta’ kolesterol LDL fid-demm?

  • Dieta li tinkludi teħid frekwenti ta’ xaħmijiet, laħam aħmar, prodotti tal-ħalib full fat, crisps u patata moqlija
  • L-obeżita’
  • Nuqqas ta’ eżerċizzju fiżiku
  • It-tipjip
  • Persuni li jbatu bid-dijabete huma f’riskju akbar ta’ livelli mhux mixtieqa ta’ kolesterol.
Xaħmijiet, laħam aħmar, prodotti tal-ħalib full fat, crisps u patata moqlija

Persuna tista’ issir taf il-livelli ta’ kolesterol permezz ta’ test tad-demm.
Hija trid tkun ilha sajma għal minn ta lanqas disa’ sigħat qabel isir dan
it-test.
Livelli permessibbli ta’ kolesterol LDL fid-demm huma bejn 2-5 mmol/L. Inħeġġeġ sabiex dawn it-testijiet isiru minn ta lanqas darba kull sentejn.
Livelli li jissejħu borderline ta’ kolesterol LDL, qrib il-5 mmol/L jistgħu jiġu imnaqqsa permezz ta’ bidliet fid-dieta u żieda fl-eżerċizzju fiżiku.

Bidliet neċessarji fid-dieta jinkludu:

  • Ikkonsmar ta’ laħam aħmar darba f’ġimgħa
  • Nevitaw prodotti ta’ ħalib b’ħafna xaħam (full fat)
  • Ninkludu aktar tipi ta’ ikel li jgħinu jnaqqsu il-livelli ta’ kolesterol LDL fid-demm bħal ħafur (oats), xgħir (barley), fażola, sojja, tuffieħ u ikel li jinkludi steroli tal-pjanti.

Livelli għolja ta’ kolesterol LDL li ma jiġux ikkontrollati mill-miżuri msemmija, ikun jinħtieġ li jiġu ikkontrollati permezz tal-mediċina. Ġeneralment dawn jinkludu statins (simvastatin, atorvastatin, rosuvastatin) li jinterferixxu mal-produzzjoni tal-kolesterol LDL fil-fwied u jittieħdu darba kuljum. Jinħtieġu preskrizzjoni ta’ tabib.

Supplimenti li jinkludu aċidi grassi Omega-3, red yeast rice, steroli
tal-pjanti, tewm u żerriegħa tal-kittien (flaxseed) ilkoll joffru benefiċċji sabiex jinżammu livelli ta’ kolesterol fil-livelli irrakkomandati.

L-Ispiżjara Kathryn Galea

Reklam

Ixxerja din il-paġna

Share on facebook
Facebook
Share on twitter
Twitter
Share on linkedin
LinkedIn

Ara wkoll

Reklam
Reklam

Ipparteċipa f'TEK TEK

Għandek xi kitba, ritratti jew filmati? 

Ara wkoll

Reklam
Reklam
EnglishMaltese