fbpx

Kolazzjon tal-Milied

Miktub minn
Reklam

Mil-lum, sal-Milied se nibdew intukom riċetta kull ġimgħa mogħtija lilna minn Peter Dacoutros. Persuna televiżiva li m’għandu bżonn l-ebda ntroduzzjoni.

Riċetti li jibdew minn kolazzjon sal-ħelu.
Għalekk, għamlu l-ista tal-ingredjenti li għandkom bżonn u ibdew ippreparaw magħna.


Bajd moqli, Hash brownies, zalzett u fażola.
Iservi 2 persuni.


Ingredjenti
3 Patata, medja
Bajda
½ Tazza ġobon cheddar maħkuk
2 Imgħaref dqiq
1/2 Kuċċarina melħ
3 Imgħaref żejt tal-qamħ (Corn Oil)
2 Bajdiet, oħra
4 Zalzettiet ta’ daqs medju
400 Gramma fażola (Baked Beans)
2 Tadamiet kbar

Kolazzjon f’Jum il-Milied

Metodu
Qaxxar u aħsel il-patata.
Ħokk il-patata fuq l-ikbar toqob tal-ħakkieka u poġġi ġo passatur. Agħfas kwalunkwe likwidu żejjed b’idejk.

Ofsoq il-bajda ġo skutella u ħabbatha bil-furketta. Żid il-patata, il-ġobon,
id-dqiq, il-melħ u ħawwad flimkien. Ferra ż-żejt ġo taġen kbir li ma jeħelx. Poġġi t-taġen fuq nar għoli. Stenna minuta u naqqas in-nar għal medju.

Aqsam it-taħlita tal-hash f’erba’ (forma ta’ pastizzi) u ċċattjahom ftit.
Uża pala tal-bajd sabiex taqleb fiż-żejt jaħraq. Aqli sakemm dawn ikunu kannella ċar u aqleb bir-reqqa sabiex issajjar fuq in-naħa l-oħra.

Tieħu madwar 3 minuti.

Erfa’ bil-galbu u poġġihom fuq żewġ platti msaħħna. Ħalli t-taġen biż-żejt jaħraq fuq in-nar u kisser iż-2 bajdied fiż-żejt jaħraq. Sajjar sew filwaqt li kultant tferra’ ftit żejt jaħraq mit-taġen fuq l-isfar permezz ta’ kuċċarina.

Sadanittant, aħsel iz-zalzett u uża furketta biex tagħmel toqob fih f’diversi postijiet. Aħsel it-tadam, aqta’ min-nofs orizzontalment u ħawwarhom bil-melħ. Poġġi z-zalzett u t-tadam fuq gradilja u ixwi.
Meta z-zalzett isir lewn kannella dehebi, aqleb biex issajjar fuq in-naħa l-oħra.
B’attenzjoni iftaħ il-bott tal-fażola u ferra ġo kazzola żgħira. Saħħan il-fażola sakemm tibda ttektek. Poġġi z-zalzett u t-tadam mixwi fuq il-platti msaħħna flimkien mal-hash browns. Mgħarfa l-fażola.

Fl-aħħar, erfa’ l-bajd moqli u poġġihom fuq il-fażola. Servi b’ħafna ħobż mixwi bil-butir.

Xi trid iktar?

Reklam

Ixxerja din il-paġna

Share on facebook
Facebook
Share on twitter
Twitter
Share on linkedin
LinkedIn

Ara wkoll

Reklam
Reklam

Ipparteċipa f'TEK TEK

Għandek xi kitba, ritratti jew filmati? 

Ara wkoll

Reklam
Reklam
EnglishMaltese