fbpx

L-Istorja tal-Kelb l-Ewwel Parti – Storja miktuba minn Mandy Cilia

Miktub minn
Reklam

Għadni niftakar l-ewwel darba li dħalt fid-dar tiegħi fejn hemmhekk rajtkom għall-ewwel darba. Ma ninsa qatt l-emozzjonijiet sbieħ tagħkom hekk kif rajtuni u għannaqtuni magħkom. Id-dar għoġbitni ħafna speċjalment dik l-atmosfera li kien hemm, kullimkien imżejjen u kkulurit. Dak kien l-ewwel Milied tiegħi magħkom u ma nistax infisser il-ferħ li kont ħassejt meta rajt dik l-attenzjoni kollha fuqi u maħbub minn kulħadd. Wara li drajtuni u bdejt nikber, ħassejt li l-entużjażmu minn naħa tagħkom kien naqas sew u ħadd ma baqa’ jfissidni u joħodni l-passiġġati li tant kont inħobb nagħmel.

Smajt li reġa’ wasal Milied ieħor, iżda din id-darba huwa ferm differenti minn dak ta’ qablu għaliex m’għadnix noqgħod fid-dar is-sabiħa, maħbub mill-familja tiegħi. Ma nafx kif, spiċċajt ġo kamra magħluqa bil-ħadid, waħdi u abbandunat minn kulħadd. Ma nistax infissrilkom id-dwejjaq li għandi fuqi meta nara f’liema stat spiċċajt. Tgħidx kemm nibki waħdi u dejjem nibqa’ nittama li xi darba il-familja tiegħi terġa’ tiġi hawn għalija biex toħodni lura d-dar magħha. Forsi hawn min jaħsibna xi oġġett u li jistgħu jagħmlu dak li jridu bina imma aħna wkoll għandna qalb, aħna wkoll inħossu ħafna meta l-familja tagħna stess iġġegħelna nsoffru dan kollu.

Iżda għalkemm qed jiġri dan kollu madwari jien xorta għadni nħobb lill-familja tiegħi u dejjem nibqa’ nittama li kif jien qed inħoss in-nuqqas tagħhom huma wkoll għad xi darba jħossu n-nuqqas tiegħi. Għalhekk jien beħsiebni nibqa’ nistenniehom, għax l-imħabba tiegħi lejhom ma waqfet qatt.

Reklam

Ixxerja din il-paġna

Share on facebook
Facebook
Share on twitter
Twitter
Share on linkedin
LinkedIn

Ara wkoll

Reklam
Reklam

Ipparteċipa f'TEK TEK

Għandek xi kitba, ritratti jew filmati? 

Ara wkoll

Reklam
Reklam
EnglishMaltese