fbpx

SBUĦIJA – Storja miktuba minn Jenson Elsworth

Miktub minn
Reklam

Tħares lejn l-entratura tara sbuħija. Ġebel, swar u bnadar jgħaxxquk, ipaxxu l-għajnejn. Post meraviljuż. Post arkajk. U qadim. Iżda, mhux qadim li tistkerrah, imma li jsaħħrek bl-istorja estensiva u dehra attraenti l-għandu.

Għandu storja li ma tidejjaqx tisma’ darbtejn. Jew tliet darbiet. Dan il-post kien jissemma’ bħala l-belt marittima ta’ Malta. Iżda, tispikka ferm fi żmien l-Assedju l-Kbir, minħabba avveniment prominenti li sseħħ f’waqtu. L-avveniment pożittiv tar-rebħa li kien verament kruċjali għall-futur ta’ Malta. Nimxu mal-istorja, ma nistgħux ma nsemmgħux il-Forti Sant’Anġlu. Forti impekkabbli u affaxxinanti li jagħti evidenza ċara tar-rebħa tal-belt. Post li ġie rrestawrat mill-Kavallieri tal-Ordni ta’ San Ġwann. Apparti minn hekk, ma ninsux ukoll li xi darba żmien ilu din il-belt kienet meqjusa bħala l-belt kapitali ta’ Malta wkoll. Kienet intgħażlet minflok l-Imdina fis- sena elf ħames mija u tletin.

Kollox tista’ ssib f’din il-belt; swar, foss, bini qadim, bereġ, pjazza eċċessiva, u x-xatt tal-baħar. Ġa semmejt kemm kemm fuq is-swar, il-bini u l-istorja interessanti tal-belt. Issa nitkellem ftit fuq il-baħar. Issib xatt estiż mimli dgħajjes grandjużi sbieħ ħdejn xulxin ħdejn Sant’Anġlu. Tibqa’ miexi għal post famuż għal kulħadd, it-Toqba, parti ċkejkna mill-belt fejn inbidel darba wara l-oħra. Iżda dejjem baqa’ f’moħħ in-nattivi teżori li hemm ġewwa l-belt. Teżori jissejħu (in-nies) bejniethom. Għaliex kollha kburin b’arthom u huma nies ‘ibbażjati’ biex inkun spjegajthom perfettament. 

Naħseb xi ftit uħud minnkom ġa tafu x’post qed ngħid. In-nies tal-akwati jissejħu isem partikolari, bil-Malti ‘Ġirbin’ jew anke tintuża ‘Vittoriosani’. Għaliex? Għax din hi l-belt rebbieħa. Il-belt tant għal qalbi u art twelidi. Il-Birgu, il-belt Vittoriosa.

TMIEM

Reklam

Ixxerja din il-paġna

Share on facebook
Facebook
Share on twitter
Twitter
Share on linkedin
LinkedIn

Ara wkoll

Reklam
Reklam

Ipparteċipa f'TEK TEK

Għandek xi kitba, ritratti jew filmati? 

Reklam
Reklam
EnglishMaltese