Sena stramba għal kulħadd. Sagrifiċċju.
Nemmnu li wara dan kollu għad jisbaħ għada isbaħ. Għalhekk sewwa u xieraq li wara dawn ix-xhur kollha ta’ tbatija, nagħmlu l-aħħar ftit sforz flimkien billi fi żmien il-Milied billi ma niltaqgħux fi djar xulxin.

Dan hu l-isbaħ rigal li nistgħu nagħtu lil min inħobbu. Pero’ żomm. Dan ma jfissirx li ma niltaqgħu XEJN!
Mhemm xejn li jżommna milli niltaqgħu virtwalment dan il-Milied,. Nagħmlu Zoom party ħelu ħelu.
Ara ftit din il-parodija HAWN għax mid-dwejjaq jaf nagħsru ftit pożittivita’.