fbpx

Ġaħan u l-pjanta li tiekol in- nies.

Miktub minn
Reklam

Bħal dan iż-żmien sena Mixta Drama kienet qed tħejji l-aħħar arranġamenti għall panto tagħha – ‘Ġaħan u l-pjanta li tiekol in-nies’. Panto b’kitba u direzzjoni ta’ Dominic Said li saret fit-teatru tal-MCAST f’Kordin fejn offriet żfin, spettaklu ta’ kuluri, kostumi, kant, (jew aħjar ngħidu speċi ta’ kant mill-atturi) u  komiċita’. Dawn kienu l-ingredjenti qawwija biex kull min attenda seta’  jiddeverti fiż-żmien sabih li jġib miegħu l-Milied.

L-istorja hi waħda sempliċi u li kulħadd jafha. Ġaħan u l-praspar tiegħu… imma din id-darba se naraw lil Ġaħan f’avventura ġdida li qatt na rajnih fiha qabel… Dik li jiġġieiled ma’ pjanta li tiekol in-nies u karattri oħra kattivi li jħobbu t-tfal…. Eżattament, iħobbu t-tfal IMSAJRIN!

Ovvjament mhux Ġaħan biss jidħol fl-istorja. Tidħol ukoll ommu, id-dama Ċucinta (Eric Grech,) single mother, li miskina tħobb tindaħal, ma tistax tara raġel u fuq kollox moħħha biex tiekol.

Ġaħan, ġie nterpretat bl-iktar mod komiku minn Redeemer Galea. Imbaghad jidħlu Ċawla u Fanfra, (maħduma bl-iktar mod tajjeb minn Maryann Muscat u Lydia Portelli,) żewġ qaddejja tal-Baruni Sigarru li iktar moħħom biex jgħidu fuq in-nies, milli biex jnaddfu.
Hemm ukoll tfajjel imlaqqam Defsinu (Matteo Abela) li l-laqam tiegħu biżżejjed biex tkunu tafu x’inhu! S’intendi il-Baruni Sigarru (David Rizzo).

Imma għalfejn jgħidulu sigarru? Ċucinta trid tkun taf, u trid tara biex temmen!!!

Nintroduċu wkoll lil Nene. Eżorċista prima, li ġiet imsejħha f’Ħat-Twerwir biex tkeċċi x-xjaten. Parti mqaxxra minn Soraya Queen.

Ma tonqos Ahhara, (Rita Camilleri) is-saħħara li żżomm il-pjanta li tiekol
in-nies fid-dar tagħha bil-moħbi ta’ kulħadd. Imma dan sakemm titfacċċa Cucinta fir-raħal. Imbaghad, xejn ma jibqa’ sigriet!

Il-Pantomima ‘Ġaħan u l-pjanta li tiekol in-nies’ ser tkun qed tintwera’ esklussivament fuq TEK TEK għada l-Ħadd 20 ta’ Dicembru fis-6 ta’ filgħaxija.

Reklam

Ixxerja din il-paġna

Share on facebook
Facebook
Share on twitter
Twitter
Share on linkedin
LinkedIn

Ara wkoll

Reklam
Reklam

Ipparteċipa f'TEK TEK

Għandek xi kitba, ritratti jew filmati? 

Reklam
Reklam
EnglishMaltese