fbpx

Il-ĦABIBA TAL-QALB – Storja miktuba minn Jenson Elsworth

Miktub minn
Reklam

Kienu l-aktar koppja magħrufa, kif tisma’ isimhom, kulħadd jitbissem u jgħid kummenti mill-isbaħ fuqhom. Il-koppja favorita tat-triq, tal-blokka, jekk hux anke tar-raħal. Marvin u Claire. Iżda, mhux il-koppja li qed timmaġinaw ta, huma l-aktar koppja platonika u famuża man-nies, iżda huma ħbieb tal-qalb, xejn aktar. Imsomma, biex ikun għedt kollox, kulħadd, ibda mill-ġirien, il-familjari, il-kappillan, tal-ħwienet, in-nies tal-pjazza, is-sendikajri tat-toroq jew aħjar il-kameras realistiċi, u biex nitfa’ lil kulħadd f’keffa waħda, is-soċjeta’ kollha jaħsbuhom flimkien f’sens romantiku. Marvin u Claire mdorrijin jisimgħu stejjer u qlajjiet pożittivi, għax għalihom ġuvni u tfajla daqshekk qrib ta’ xulxin sinjal li hemm xi ħaġa bejniethom. Issa jew kulħadd tradizzjonali, u ma jarax li mara u raġel jafu jkunu ħbieb biss, jew Marvin u Claire qed jaħbu xi ħaġa.

Il-verita’ hi li ż-żewġ punti imsemmija huma validi sa ċertu punt. Il-komunita’ verament qisha qatt ma rat żewġt iħbieb bi ħbieberija soda, u Marvin vera jħobbha lil Claire. Aktar minn ħbieb. Minn dejjem kien jgħożżha bħala ħabiba, iżda ma jistax jevita verament xi jħoss għaliha. Iżda, jibża’ jgħidilha. Dejjem jgħaddulu ħsibijiet koroh bħal: ‘forsi ma tkunx reċiprokata’, ‘ma tkellimnix aktar’, ‘tidħak f’wiċċi’ jew ‘titmejjel bija’. Dejjem ikun se jiftaħ qalbu magħha, imma jew tintervieni Claire mingħajr ma tinduna jew jeħillu lsienu. Ir-raħal probabblilment jafu iżda milli jgħinu, aktar jirrituha lil Claire.

“Dejjem l-istess rakkont Marv, għajjuni ta”, gergret Claire.

“Għandek mitt raġun, imma tad-daħk, jien ma nidejjaqx nismgħom’”, irrisponda Marvin.

Claire daħket u ammettiet li tidejjaq għax jeqirduha b’mod kostanti, mhux minħabba l-qlajja nnifisha. Baqgħu mixjin lejn il-ġnien favorit tagħhom. Kienet niżla x-xemx. Kollox lejn l-oranġjo u safrani, arja sħuna, l-isbaħ mument tal-ġurnata għalihom. Qatt ma ra lil Claire daqshekk sabiħa u affaxxinanti. Bdiet tixgħel f’għajnejh. It-tbissima kbira u nfettiva tagħha, għajnejha kannella jleqqu bix-xemx, il-wardiet ta’ wiċċha jispikkaw. Kien mitluf.

“Marv, Marv, int hawn?”, qaltlu b’leħinha kemmxejn mgħolli ħa jismagħha sew.

“Hawn, hawn, bdejt naħseb fil-fond, skużani”, weġibha Marvin.

Daħket, “u fuq xiex bdejt taħseb, fuq Julietta?” kellmitu b’ton umoristiku.

“Xi ħaġa hekk”, weġibha minn taħt l-ilsien.

Saqsietu x’qal iżda dawwarlha l-kliem għax ġa bdiet taqbdu l-ansjeta’. Claire baqgħet tinsisti biex jirrepeti x’qallha. Qalb Marvin bdiet tħabbat sebgħa sebgħa, kien qed jegħreq fl-għaraq, idu għasra, beda jieħu nifs qawwi wara l-ieħor u ma beda jara xejn ħlief lil Claire. Lanqas tagħha ċans titkellem aktar. Resaq viċin tagħha. Qabadilha idha u ħaddejha, u daħal għall-bewsa.

TKOMPLI.

Reklam

Ixxerja din il-paġna

Share on facebook
Facebook
Share on twitter
Twitter
Share on linkedin
LinkedIn

Ara wkoll

Reklam
Reklam

Ipparteċipa f'TEK TEK

Għandek xi kitba, ritratti jew filmati? 

Reklam
Reklam
EnglishMaltese