fbpx

IL-ĦABIBA TAL-QALB It-tieni parti – Storja miktuba minn Jenson Elsworth

Miktub minn
Reklam

Mument ta’ silenzju. Kien hemm pawsa kbira. Marvin jiċċassa lejn Claire għal risposta. *Bum bum*. *Bum bum*. Qalb Marvin tħabbat taħbita wara l-oħra. Beda jħoss sħana. Iħoss l-għaraq jiżdied waqt li nieżel minn fuq moħħu. Idu għasra. L-ansjeta’ tkompli teċċelera. Claire tersaq lura. Tħares ‘l isfel.

“Kollox sew Claire?”, isaqsiha Marvin.

“Ma nafx Marv. Li ġara… ma nafx. Naqra sitwazzjoni assurda. Naħseb aħjar immur Marv. Nibgħatlek aktar tard, jew għada ta’. Ċaw.”, bdiet itemtem.

Marvin baqa’ riġidu, jiċċassa qisu statwa. Jhewden u jħabbel moħħu fuq x’għamel. Inkwiet eċċessiv. Jaħseb li l-bewsa temmet il-ħbieberija platonika tagħhom.

Ġimgħat wara Claire baqgħet tipprova tibgħatlu u żżomm kuntatt iżda ma kinitx daqshekk komda. Kellha mitt elf ħsieb idur f’moħħha, kollha fuqha u Marvin, fuq il-ħbieberija jew fuq il-possibilita’ tar-relazzjoni. Filwaqt, Marvin kien għaddej minn dikotomija jekk jaqtax qalbu minn Claire fis-sens ta’ għarusa jew ikompli jittama li jiġri xi ħaġa intima bejniethom. F’dan iż-żmien imħawwad li kellu sab kumdita’ f’persuna ġdida li ntaqa’ magħha ġewwa bar, f’Martina. Kienet tagħmlu kuntent, jidħak daħk u jitbissem tbissima li tant kien ilu ma jkollu fuq wiċċu. Claire ma kinitx semmiet kif tħossha lejh u ħalliet kollox kif inhu, u minħabba f’hekk Marvin tefa’ n-nar li kellu lejha. Maż-żmien aċċetta l-fatt li Martina hija t-tfajla li jrid igawdi ż-żmien magħha u Claire hija l-ħabiba tal-qalb. Fil-fatt kien wasal il-mument li jlaqqhom.

Ħarġu s-Sibt filgħaxija ma’ sħabhom fejn Marvin ġab lil Martina biex tiltaqa’ ma’ kulħadd speċjalment il-famuża Claire. Għall-ewwel kollox deher li għaddej bix-xieraq iżda mal-ħin Claire bdiet tidher infeliċi. Għalxiex ma kinitx ċerta. Forsi għax Marvin u hi m’għadhomx daqshekk sodi fil-ħbieberija? Forsi għax ma bediex iqatta’ biżżejjed ħin magħha? Jew Martina qiegħda toħodilha l-attenzjoni li Marvin kien itiha? Jew, imsomma ċerta għalxiex daqshekk skuntenta, għax Martina qiegħda fil-pożizzjoni li għandha ħajra tkun hi. Taħt idejn Marvin, tidħak ħdejh bħal qabel jekk mhux aktar u tgħannqu u tgħożżu talli hu.

“Stenna… Claire x’inti taħseb, jien qiegħda nara lil Marvin minn lenti differenti? Kif jista’ jkun? Jogħġobni Marvin?”, qalet bejnha u bejn ruħha.

TKOMPLI.

Reklam

Ixxerja din il-paġna

Share on facebook
Facebook
Share on twitter
Twitter
Share on linkedin
LinkedIn

Ara wkoll

Reklam
Reklam

Ipparteċipa f'TEK TEK

Għandek xi kitba, ritratti jew filmati? 

Reklam
Reklam
EnglishMaltese