fbpx

IL-ĦABIBA TAL-QALB L-aħħar parti – Storja miktuba minn Jenson Elsworth

Miktub minn
Reklam

L-għada Claire baqgħet taħseb u tikkontempla fuq Marvin. Sar jogħġobha daqshekk? Verament tridu aktar minn ħabib? Jew forsi fażi fejn qed tħossha waħedha filwaqt Marvin qiegħed kuntent ma’ Martina? Ma tafx liem waħda eżatti. L-unika ħaġa li taf li konfuża aktar minn qatt qabel.

“Imma għala nbidel kollox? Għala m’għadnix bħal qabel? Aħjar għadna bil-kummenti tan-nies li jaħsbuna flimkien, għalinqas konna nidhru maqgħudin… issa xejn. Imma għala kont tgerger meta tisma’ l-istess narattiva Claire…”, bdiet tgħid bejnha u bejn ruħha.

“In-nies issiektu. Ħadd ma sar jgħaddi kummenti. Jidhru ċari li nbidlu l-affarijiet. Sfortunatament jien u l-poplu biss inħossuha, kulħadd ħlief Marvin”, kompliet tgedwed waħedha.

Mitt ħsieb beda jgħaddi minn moħħha. Qatt ma kienet taħseb daqshekk fuq l-imħabba, imma Marvin qisu xegħlha fjamma ġo fiha li ħadd qatt ma xegħel. Pruvat timminimizza il-ħsibijiet dwar Marvin minħabba li tassumi li hu kuntent ma’ Martina, u lanqas li kieku mijux, ma tħossix sew li taħseb fuq għarus ta’ xi ħadd.

Wara mument ta’ riflessjoni qawwi, iddeċidiet li tħalli kollox kif inhu u tgawdi il-ħabib tal-qalb tagħha kif tista’, kif kienu jagħmlu qabel. Bagħtitlu biex jintaqgħu hu u hi biss u jgħidu kelmtejn. Fil-fatt hekk għamlu. Li tara dik it-tbissima ġenwina tiegħu quddiem għajnejha kienet timlilha qalbha. Lanqas waqfu jitkellmu fuq kull memorja unika li kellhom, kull daħka li daħku u kull praspura li esperjenzaw. Fl-aħħar marru ħdejn il-baħar iħarsu lejn l-istilel. Jaraw is-sema ġgantissima fuqhom. Kwiekeb jiddu ħdejn xulxin. Żiffa rqiqa għadejja. Ħemda u trankwilita’.

“Għandi xi ħaġa xi ngħidlek Claire. Naf li l-affarijiet inbidlu bejnietna, u dan l-aħħar għaddejna minn baħar ta’ emozzjonijiet. Imma nixtieq tkun taf ħaġa waħda. Lil Martina nirrispetta u ngħożża ħafna, iżda bħala ħabiba. Sibt il-kumdita’ fiha meta aħna kellna kunflitt momentarju bejnietna u ndunajt ukoll li bdejt infittixha għax ħassejt in-nuqqas ta’ ħabiba vera viċin għal qalbi. Ninstema’ egoist, iżda għedtilha xi nħoss u suppost kollox sew. Fehmitni u ħasset li konna koppja kemmxejn stramba, imma bħala ħbieb naqblu. Il-punt tiegħi hu li minn dejjem ħassejtni miġbud lejk, imsomma kif ma nistax. Tfajla sabiħa minn barra u minn ġewwa qatt ma rajt, u persuna li uriet rispett u imħabba lejja bħalek naf li qatt mhu ħa nsib”, qalilha b’ton eċċitanti.

“Hemm, Marv. Lanqas naf x’se ngħid. Ili. Ili ħafna nistenna (bdiet tiħmar)… Ġibtni siekta. Għadek lanqas taf kemm ili naħseb fuq kliem hekk. Marvin anke jien. Ma nafx x’inhi l-ħaġa imma ma tistax titlaq minn moħħi. Int wisq tagħmilli ġid. Ġuvni ġeneruż u verament għandu post enormi f’qalbi”, qaltlu bl-akbar tbissima.

Marvin qabadilha idha. Claire tbissmitlu. Għalqu għajnejhom u għalqu din il-kapitlu ta’ ħajjithom b’bewsa intima.

TMIEM

Reklam

Ixxerja din il-paġna

Share on facebook
Facebook
Share on twitter
Twitter
Share on linkedin
LinkedIn

Ara wkoll

Reklam
Reklam

Ipparteċipa f'TEK TEK

Għandek xi kitba, ritratti jew filmati? 

Reklam
Reklam
EnglishMaltese