Fil-programm interessanti X’sar minnhom? li reġa’ beda jixxandar fuq TVM, rajna lil attur Narcy Calamatta u ċ-ċinema Rialto, f’Bormla.
Fl-istess programm, Narcy stqarr li għadu attiv. Filfatt għadu kif introduċa ktieb bl-isem ta’ Commedia Del Arte.

Is-sigriet tal-ħajja hu li int ma taħsibx fik innifsek
Narcy Calamatta
Skont Narcy, kull ma tagħmel trid tagħmlu biex taqsmu ma’ l-oħrajn. Mhux faċli ngħiduha kif inhi!
Bid-diska Cherry Pink And Blossom White, fit-tieni parti tal-programm deher filmat interessanti dwar iċ-ċinema Rialto ta’ Bormla. X’nostalġija!
Il-ħarġa, speċjalment għan-nies ta’ Bormla.
Hu fatt interessanti kif għad hemm il-magni, li ħasra mhux jintużaw.
Dnub hux veru? Post grandjuż li jġiblek dieqa tarah f’dak l-istat.
Programm li spiċċa b’togħma tajba. Bewsa bejn il-koppja Pace li kienu ltaqgħu f’dan l-istess ċinema.

Int tiftakru? Kont tmur?