fbpx

IL-ĦABIBA – Storja miktuba minn Jenson Elsworth

Miktub minn
Reklam

Wara li n-nanniet telqu minn din id-dinja, missieri xtara d-dar tagħhom, u aħna morna noqgħodu fiha peress li fejn konna ngħixu kien spazju ċkejken. Kelli xi seba’ snin. Lil ommi dejjem kont ngħidilha li hemm tifla oħra magħna. Ovvjament ommi m’emmnitnix. Tgħidli li impossibbli għaliex jien kont l-unika tifla l-għandhom, li kellhom huwa lil ħija biss.

Ma bqajtx nirrakontalha xejn lil ommi. Kienet ċara li mhux ħa temmini. Apparti minn hekk, kont f’dilemma jekk ma bdejtx naraha jien biss. Għax anke meta semmejtha ma’ ħija, xejn. Qisni qiegħda nitkellem fuq il-baħħ. Ħija kien sentejn ikbar minni. Ma tantx kien ikun ħdejja. Dak iqatta’ ġurnata wara l-oħra isuq ir-rota fil-ġnien meraviljuż li kellna.

Għalhekk kont inqatta’ ħini mat-tifla, li nista’ nsejħilha l-ħabiba tiegħi issa. Konna nagħmlu bosta attivitajiet flimkien. Kollox nieħu gost nagħmel magħha speċjalment nilgħab bid-dar kbira li kelli tal-pupa bjonda bi ħwejjeġ roża jixgħel. Il-ħabiba kellha pupa wkoll. Nasal mill-iskola u kif ikolli l-iċken ċans nieħdu. Għamilt żmien twil b’din ir-rutina sabiħa.

Għaddew tliet snin minn dan kollu. Bdejt inħossni qiegħda nikber magħha. U kont naf li mhux tifla bħali, għax ma tiġix skola, jew qatt ma naraha tiekol jew titkellem ma’ xi ħadd ieħor. Darba ħassejtni verament komda biex insaqsiha kif jien biss nipperċepixxiha. Qaltli kif hi kienet tgħix fid-dar żmien ilu, u kif bħalissa kieku għanda eta’ ferm ikbar, viċin t’ommi u missieri. Spjegatli kif kienet tiġi minn familja estensiva, b’seba’ aħwa. Kif bdiet telenka l-ismijiet, wieħed kien wisq familjari. Isem missieri.

“Din kienet oħt missieri?”, għidt bejni u bejn ruħi.

Mort inkellem il-missieri. Spjegatlu din min hi u x’qaltli kelma b’kelma. Kif bdejt nirrakontalu, wiċċu deher li jaf x’jien ngħid. Qalli biex insaqsiha x’kien jisimha u jekk isimha mhuwiex ‘Violetta’. Minħabba li qalli li kellu oħtu żgħira li kienet tilfet ħajjitha kmieni, b’inċident sfortunat għax kienet waqgħet it-taraġ u qasmet rasha. Missieri qalli biex nerġa’ nkellimha waqt li hu jkellem l-arċipriet biex jagħmel quddies, u forsi r-ruħ tagħha jistrieħ għal dejjem.

Għaddiet ġimgħa u lil Violetta ma stajt insibha mkien. Tbikkimt. Kelli ħabiba ġenwina u sinċiera, ried ingawdi l-ħin efemeru l-għandi magħha sal-aħħar. Fl-aħħar tfaċċat. Saqsejtha fejn kienet f’din il-ġimgħa. Weġbitni billi qaltli li semgħatna nitkellmu lili u lil missieri fejn skopriet li missierha huwa ħuha. Bdiet isemmi kif ommha ma kinitx isemmiha ma’ ħadd, qisha xi diżunur. Infatti lanqas ommi ma kienet taf li missieri għandu oħtu li mietet daqshekk kmieni.

Il-ġurnata tal-quddies waslet malajr. Rajt il-Violetta bilqiegħda fuq siġġu vojt li kien hemm fil-kamra tal-pranzu. Rajtha tqum. Xejjritli. U tbissmet. Bil-mod il-mod segwejtha dieħla f’dawk sabiħ u qawwi li qatt ma rajt bħalu. Ħassejt id-dmugħ nieżel minn għajnejja. U minn hemm qatt ma rajtha aktar.

TMIEM

Reklam

Ixxerja din il-paġna

Share on facebook
Facebook
Share on twitter
Twitter
Share on linkedin
LinkedIn

Ara wkoll

Reklam
Reklam

Ipparteċipa f'TEK TEK

Għandek xi kitba, ritratti jew filmati? 

Ara wkoll

Reklam
Reklam
EnglishMaltese