Fil-programm X’sar minnhom? li għadu kif ixxandar fuq TVM, rajna lil attur Joe Bartolo u l-Cafè Riche fil-Birgu.

Joe Bartolo ħa sehem f’diversi produzzjonijiet teatrali kif ukoll dawk televiżivi bħall-Madonna taċ-Ċoqqa (l-oriġinali), It-Tfal Jiġu bil-Vapuri, Rajt ma Rajtx, Sisters u iktar.
Fil-programm, Joe Bartolo stqarr li ħa pawża mid-drama minħabba mard fil-familja. Pero’ llum Joe, imexxi l-għaqda filantropika Razzett tal-Markiż fil-Mosta.
Isemmi kif kien hemm żmien fejn ma setax jersaq lejn il-Belt minħabba xi kummenti li kienu jgħaddulu n-nies.
“Imissek tistħi lil Jessie u Bessie kif qbadt magħhom”!
Joe Bartolo

Fit-tieni parti tal-programm. Il-Cafè Riche. Il-post lussuż fejn ħafna kienu jmorru jiżfnu jew jaraw xi kummiedja teatrali. Post li nbena fis-sena 1933 u li fortunatament fi żmien il-gwerra, ma dabbar l-ebda bomba.
Interessanti l-fatt kif dak iż-żmien, il-prezz tad-dħul kien 4 soldi għal matul il-ġimgħa u 7 soldi fi tmiem il-ġimgħa. Dan il-prezz kienu jħalsuh l-irġiel biss għax in-nisa kienu jidħlu b’xejn. Dejjem. Anke xi flixkun luminata kienu jdabbru b’xejn!
Ara kienux igergru wkoll!

Dak kien żmien! Tiftakru? Kont tmur?