fbpx

Stacey – Storja miktuba minn Mandy Cilia

Miktub minn
Reklam

Stacey mara ta’ madwar l-erbgħin sena kienet tinsab fi triqtha biex tmur iżżur lil ommha li tgħix ġo dar tal-anzjani. Ma kinitx ilha wisq tgħix hemm. Fil-familja Stacey kienet tifla waħidha u qatt ma żżewġet għalhekk in-nuqqas t’ommha ħassitu ħafna. Għall-bidu sabitha diffiċli biex tgħix waħidha mingħajrha imma ma setgħetx tagħmel mod ieħor. Ommha ma kinitx għadha ta’ waħidha, riedet lil xi ħadd jieħu ħsiebha erbgħa u għoxrin siegħa kuljum u hi bix-xogħol tagħha ma setgħetx tagħmlu dan. Kienet bdiet tinsa ħafna u hemmhekk qalulha li ommha bdiet tbagħti bid-dimensja għalhekk kontra qalbha kellha tieħu deċiżjoni u toħodha ġo dar tal-anzjani.

L-Aktar ħaġa li kienet tqabbadha dwejjaq kien il-fatt li ġieli jiġu mumenti fejn ommha ma tagħrafix.

‘’Ma, jien Stacey mhux qed tagħrafni?’’ Imbagħad wara li jgħaddi ftit tal-ħin kienet tkun qisha mhux hi.

Fl-Istess kamra tagħha kien hemm anzjana oħra li kienet iżżommilha kumpanija tgħidx kemm imma f’waqtiet Stacey kienet tinnutaha kemm ikollha qalba sewda għalhekk darba staqsietha.

‘’Karmni, x’għandek illum kemm tidher qalbek sewda. Lili tista’ tgħidli forsi ngħinek’’

Bid-Dmugħ f’għajnejha Karmni weġbitha ‘’Xi kultant inkun nixtieq li jien għandi d-dimensja flok il-mamà tiegħek’’

‘’Għaliex Karm qed titkellem hekk?’’

‘’Forsi ma nħossx aktar uġigħ ġewwa qalbi. Jien ma nistax ninsa li għandi żewġt itfal u abbandunawni. Nesewni għal kollox’’ Stacey marret tgħannaqha magħha.

‘’Titkellimx hekk ejja u agħmel kuraġġ. Tibżax sakemm hawn jien mhux ħa tħossok abbandunata’’.

‘’Jaħasra kieku jien għandi dak li għandha ommok, tkunu tistgħu tgawdu iżjed lil xulxin u int ma tkunx aktar imdejqa u nkwetata fuq ommok’’

‘’Kulħadd għandu salib xi jġorr Karmni imma tinkwetax għax m’intix waħdek u naħliflek li nibqa’ nieħu ħsiebek kif nieħu ħsieb lil ommi’’

U hekk kien. Wara li ommha mietet u tilfitha għal dejjem, Stacey kienet baqgħet iżżur lil dik ix-xwejħa u fiha sabet il-wens. F’xulxin kienu sabu l-vojt li kellhom f’qalbhom.

Reklam

Ixxerja din il-paġna

Share on facebook
Facebook
Share on twitter
Twitter
Share on linkedin
LinkedIn

Ara wkoll

Reklam
Reklam

Ipparteċipa f'TEK TEK

Għandek xi kitba, ritratti jew filmati? 

Reklam
Reklam
EnglishMaltese