Jekk forsi għadek ma ndunajtx, sar tibdil fil-paġna SAĦĦA.
Aħna stajna ninnutaw din il-bidla permezz ta’ Luca Lorenzo. Il-preżentatur tal-programm TEK TEK TOK.

Luca, kien qed jitkellem dwar dak il-ġuvnott gustuż li kien ikun hemm b’subajgħ ‘il fuq jirrapreżenta lil dawk li fiequ.
Jistqarr li bħal ħafna nies ferħan bil-vaċċin u kien kuntent meta sema’ li se jibda jintwera n-numri ta’ dawk li jkunu tlaqqmu. Iżda llum b’dieqa kbira jistqarr li għandu d-dwejjaq li l-ħabib ‘tagħna’ m’għadux magħna.


Fil-verità l-iktar sinjal ottimist li kien ikolna kuljum, ħalliena. Iżda kif jgħidu, jibqgħu biss il-memorji.
Grazzi ta’ kollox u ibqa’ champion wherever you are.