fbpx

EJJA KELLIMNI – Storja miktuba minn Jenson Elsworth

Miktub minn
Reklam

Daniel jikkonsidra lili nnifsu bħala ġuvni ‘normali’, jekk teżisti ‘n-normalita’. Tas-soltu. Jgħix ħajtu bħal ħaddieħor. Persuna li jmur l-universita’, jaħdem ‘part-time’, u jiddiverti ma’ sħabu meta jkollu ċ-ċans. U bħal bosta ġuvni u tfajliet, moħħu fl-imħabba. Hemm persuna partikolari li dejjem ikun f’moħħ Daniel. Persuna li dejjem titbissem, tkun fejn tkun timla’ l-post b’dawl. B’xagħar kannella skur nokkli, kemmxejn qasir fit-tul u wiċċu bin-nemex. Tarah b’ġakketta tal-‘jeans’ daqsxejn imqatta’ tal-moda, ‘jeans’ jaqbel fil-kulur u xi flokk imqaċċat minn taħt jixgħel daqs il-personalita’ tiegħu. U qabel ma ninsa, bl-isem ta’ Sam.

Qatt ma kien ċert fuq l-orjentazzjoni sesswali tiegħu, għax qatt ma kien fortunat fl-imħabba, allura kien itiha l-ġenb. Iżda, maż-żmien induna d-differenza bejn il-perċezzjoni u s-sentimenti l-għandu lejn il-ġuvintur u t-tfajliet. U dan Sam ikkonfermalu kollox! Jarah għaddej, jitfixkel jew jiġi tadama. Sħab Daniel il-ħin kollu jeqirdulu biex imur ikellmu ftit. Iżda, Daniel mistħi f’dawn l-affarijiet. U moħħu biex kollox ikun perfett meta jitkellmu, bħal tal-films. Jimmaġina xena ċinematika. Riperkussjoni li jara wisq films.

Darba minnhom kien il-kantin tal-Universita’ jistenna l-ħabibtu biex jaħdmu fuq assenjazzjoni tal-kors. Filli qed jisma’ d-diski filli jara lil Sam ġej lejh. Infixel. U Sam poġġa quddiemu.

“Daniel hu? Narak għaddej kemm -il darba. U nkun mejjet biex inkellmek ftit.”, qallu Sam b’tbissima kbira.

“I-i-va. Daniel. Int Sam, hu? Imsomma naf li Sam. Hemm. Mhux għax qatt kellimtek naf. Mhux għax ma rridx inkellmek. Ma, x’jien ngħid… Imsomma kollox sew?”, wieġbu b’ton anzjuż.

Sam daħak.

“Kemm int gustuż. M’għandekx għalfejn tistħi.” Qabadlu idu. “Jien ġejt insaqsik jekk tridx nintaqgħu llum wara l-lekċers, x’taħseb?”, qallu b’ton kunfidenti.

Daniel ħmar aktar milli kien. Tbissem. Ma setax jieqaf jitbissem. Xengel rasu biex jikkonfermalu li iva.

“Narak mela. U toqgħodx tistħi daqshekk ta’. Jien ġuvni bħalek.”

“Narak Sam.”

Baqa’ hemm. Jiċċassa lejn ix-xejn. Sensazzjoni ta’ kuntentizza. Ferħ u sodisfazzjon. Kif ġiet ħabibtu, ħadilha rasha jispjega’ dik il-konversazzjoni qasira li kellu ma’ Sam. Minn konversazzjoni ta’ għaxar minuti spjegaha f’tletin minuta. Ħassu li vera qiegħed ġo film.

Eventwalment sar il-ħin. Dam jistenna u fl-aħħar wasal il-mument. Tela’ fuq il-karozza ta’ Sam. Sellmu lil xulxin. Tbissima wara oħra. Daħka fuq daħka. U l-bqija hija storja.

TMIEM

Reklam

Ixxerja din il-paġna

Share on facebook
Facebook
Share on twitter
Twitter
Share on linkedin
LinkedIn

Ara wkoll

Reklam
Reklam

Ipparteċipa f'TEK TEK

Għandek xi kitba, ritratti jew filmati? 

Reklam
Reklam
EnglishMaltese