Illum it-Tlieta u fuq TVM jixxandar it-tielet programm mit-tieni sensiela,
X’sar minnhom? ippreżentat minn Alisa Pavia.
Dalwaqt se tkun tista tara x’sar minnu l-grawnd tal-futbol popolari Pace Grasso. Magħruf ukoll bħala Schreiber.

Grawnd li min jaf kemm ra ċelebrazzjonijiet. Pero’ mhux biss. Sfortunatament huwa grawnd fejn seħħu diversi inċidenti wkoll.
Fl-istess programm Alisa se jkollha mistieden l-artist magħruf Elio Lombardi. Mistieden li żgur m’għandu bżonn l-ebda ntroduzzjoni.
X’sar minnu? Għadu għaddej? Tkun taf dalwaqt.