fbpx

“Żbaħt l-art bil-ġir u għaddejt il-karozzi wrong way”!

Miktub minn
Reklam

Illejla fil-programm X’sar minnhom? rajna lil artist magħruf Elio Lombardi. Liem artist ingħata l-midalja għall qadi tar-Repubblika għall karriera artistika tiegħu.

Fost diversi punti nteressanti waqt din l-intervista huwa kif Elio fiż-żmien li kien imur l-iskola, waqt il-vakanzi il-ġenituri kienu jibgħatuh ma’ mgħallem u l-ewwel sengħa li beda kienet dik ta ħajjat.

Bħala kittieb tar-rumanzi, Elio ħadem l-ewwel ktieb li kiteb hu stess tipa, tipa. Dan peress li huwa wkoll stampatur.
Elio, li ismu propja huwa Emilio, huwa msemmi għall nannuh li wkoll kien kittieb li kiteb il-fuq minn 100 ktieb!

Dan apparti l-pittura li Elio huwa wkoll kapaċi fiha.

Waqt l-iffilmjar tal-Madonna taċ-Ċoqqa, Elio jiftakar kif fis 2am żebaħ l-art ta’ pjazza bil-ġir u għadda 24 karozza ‘wrong way’. Dan għax fis-6am kellu xena bil-mogħoż u ma riedx l-art tidher sewda.

Waqt it-tieni parti tal-programm, kif issa drajtu sew rajna post ieħor li jġib Nostalġija. Il-grawnd Pace Grasso f’Raħal Ġdid magħruf ukoll bħala Schreiber.

Il-grawnd tal-futbol Pace Grasso magħruf bħala Schreiber.

Grawnd li ħafna jiftakru ċ-ċirku APOLLO. Liem ċirku spiċċa f’diżgrazzja li ħalliet tifel mejjet.

Iċ-ċirku Apollo

Grawnd tal-futbol li fih daqs l-istadium,fejn intlagħbu diversi logħobiet. Liem logħobiet raw folol u ammont kbir ta’ nies. Atmosfera sabiħa.

Fl-istess grwand rat diżgrazzja oħra. Din id-darba waqt logħoba boxing li ħalliet il-boxer Malti, Charles Cutajar magħruf bħala l-Big Boy mejjet wara knock-out.

Il-boxer Charles Cutajar il-Big Boy.
Reklam

Ixxerja din il-paġna

Share on facebook
Facebook
Share on twitter
Twitter
Share on linkedin
LinkedIn

Ara wkoll

Reklam
Reklam

Ipparteċipa f'TEK TEK

Għandek xi kitba, ritratti jew filmati? 

Reklam
Reklam
EnglishMaltese