fbpx

B’tifkira – Charles Clews

Miktub minn
Reklam

Attur komiku. L-atturi sħabu kienu l-familja tiegħu. Kittieb ta’ bosta poeżiji, novelli u makjetti, farsi u ħafna ċajt ieħor. Wieħed mill-ewwel kontributuri għar-radju lokali Malti (dakinhar Rediffusion).

Mwieled l-Isla fis-27 ta’ Settembru, 1919.

Charles Clews ħadem bħala surveyor id-Dockyard, minn fejn telaq biex jibda karriera fil-ġurnaliżmu.

Beda jirreċta fl-Isla, iżda l-karriera tiegħu bħala attur bdiet mal-ħaddiema tat-tarzna fejn matul il-bumbardament tat-Tieni Gwerra Dinjija, biċ-ċajt tiegħu żamm lill-irġiel daħqana …anke waqt xi bumbardament.

Fl-1945, huwa beda id-The Stage Commandos, kumpanija tal-palk popolari.

Kien ukoll il-mutur tar-Radju Muskettieri (The Radio Musketeers). Għalkemm ħadem mill-qrib ma’ numru ta’ personalitajiet magħrufa, l-eqreb sieħeb tiegħu kien Johnny Catania. Xi atturi oħra magħrufa fit-tim tiegħu kienu jinkludu lil Gemma Portelli, Armando Urso, Vitorin Galea, Johnnie Navarro, Terry L. Bencini, Josette Ciappara, Nosi Ghirlando u Ġuża Caruana.

Armando Urso, Charles Clews, Vitorin Galea u Johnnie Navarro waqt Radju Muskettieri

Charles, jibqa’ magħruf għall kummiedja Karmna Abdilla u għal Rożamarì. Kanzunetta li nkitbet fis-sena 1950.

It-Tieġ ta’ Karmena Abdilla

Huwa miet bħal-lum id-29 ta’ Jannar, 2009 fl-età ta’ 90 sena.

…nibqgħu nafuhulek Charles.

Reklam

Ixxerja din il-paġna

Share on facebook
Facebook
Share on twitter
Twitter
Share on linkedin
LinkedIn

Ara wkoll

Reklam
Reklam

Ipparteċipa f'TEK TEK

Għandek xi kitba, ritratti jew filmati? 

Reklam
Reklam
EnglishMaltese