fbpx

Il-Komponiment ta’ Isaac – Storja miktuba minn Mandy Cilia

Miktub minn
Reklam

Miss Buhagiar kienet għalliema fi skola privata. F’dik l-għodwa bdiet tqassam il-pitazzi lill-istudenti wara li kkoreġiet il-komponimenti li kienu għamlu. Imbagħad bħas-soltu għajtet l-isem ta’ dak l-istudent li ġab l-ogħla marka u qaltlu biex ipoġġi fuq is-siġġu speċjali li huma kienu jsejħulu t-tron. Dan kienet tagħmlu biex l-istudenti kollha jippruvaw jagħmlu ħilithom ħalli kollha kemm huma jpoġġu fuq it-tron
.
Dakinhar kien imiss lil Isaac, tifel kemmxejn mistħi li ma tantx iħobb jintegra. Għall-bidu sabha diffiċli ħafna biex iqum minn postu u jmur ipoġġi fuq it-tron imma mbagħad bis-sapport ta’ sħabu għamel kif qaltlu l-għalliema.

‘’Illum irrid ngħid prosit speċjali lil Isaac tal-komponiment li kiteb. Kif tafu t-tema kienet fuq il-familja u ħafna minnkom ktibtu esperjenzi sbieħ li tgħaddu minnhom kuljum. Min-naħa l-oħra Isaac kiteb storja mhux daqstant feliċi li sfortunatament ħafna familji jgħaddu minnha wkoll. Prosit ukoll talli bl-immaġinazzjoni tiegħek dħalt tant f’dettall li jien stess ħassejtni qed ngħix fl-istorja ta’ dan it-tfajjel sfortunat .’’ U Kif Miss Buhagiar waqfet titkellem il-kumplament tal-klassi tawh ċapċipa.

Isaac kien ilu ma jħossu daqshekk speċjali għalhekk qalbu mtliet b’ferħ kbir. Ftit wara mar lura postu biex ikomplu bil-lezzjoni. Malli l-ġurnata tal-iskola ġiet fi tmiemha flimkien ma’ sħabu mar jaqbad il-vann u ftit wara kien jinsab fejn id-dar tiegħu. Sellem lil sħabu u mar jiftaħ il-bieb.

Kif daħal ġewwa t-tbissima li kellu fuq fommu mietet minnufih. Mal-art lemaħ lil ommu f’għadira demm u dlonk mar jiġri għal fuqha mbikkem. Beda jsejħilha u ma bdietx twieġbu. Rasu bdiet iddur bih imbagħad mar jiġri jċempel l-ambulanza. Lil missieru ma ċempillux għax kien jaf li dak li ġara lil ommu kien x’aktarx xogħlu għax ma kinitx l-ewwel darba li refa’ jdejh fuqhom. Ommu spiċċat l-isptar għall-kura għax tilfet ħafna demm u mal-ħin missieru ġie arrestat wara l-istqarrija li għamlet martu meta ġiet f’tagħha.

L-Għada Isaac ma marx skola wara t-trawma kerha li għadda minnha. Malli Miss Buhagiar semgħet bl-aħbar dlonk ftakret fil-komponiment tiegħu u hemm irrealizzat li dak kollu li kien kiteb it-tifel ma kienx xejn għajr ir-realtà li kien qed jgħaddi minnha ta’ kuljum id-dar.

Reklam

Ixxerja din il-paġna

Share on facebook
Facebook
Share on twitter
Twitter
Share on linkedin
LinkedIn

Ara wkoll

Reklam
Reklam

Ipparteċipa f'TEK TEK

Għandek xi kitba, ritratti jew filmati? 

Ara wkoll

Reklam
Reklam
EnglishMaltese