Mill-kaxxa tal-ewwel għajnuna, għal sejħa biex jagħmel parti mit-tim Nazzjonali Malti. Martin Scicluna kien il-mistieden tal-programm
X’Sar Minnhom? li għadu kif ixxandar fuq TVM.
Waqt l-intervista, Martin stqarr li kien wieħed mill ftit li qatt libsu l-flokk Nazzjonali f’diviżjoni inferjuri. Din kienet ħolma li saret realtà.

“Meta tmur tilgħab barra, trid tkun indipendenti u tkun kapaċi tiġġieled kull element“
Martin Scicluna – Futboler

Fit-tieni parti tal-programm, deher filmat dwar ġojjell ieħor Malti.
It-teatru Orpheum. Teatru li nbena fis-sena 1930. Huwa parti mill-familja tal-Orpheum Theatres fl-Amerka.
It-teatru li fi żmien il-gwerra kien ikun mimli kollu. Kien il-post li jagħti kuraġġ lis-suldati.

Tgħid għad nerġgħu narawh kif kien?