fbpx

“ĦA NIFS PROFOND U ĦABBAT FUQ IL-BIEB” – Storja miktuba minn Jenson Elsworth

Miktub minn
Reklam

“Ieqaf hemm issa!”, instema’ vuċi jgħajjat. John iffriża bit-terrur. Dar u ra figura twila bil-barnuża fid-dell tipponta xabla lejh. John kien bla kliem meta kien ikkonfrontat bl-orrur ta’ quddiemu. Il-passi tar-raġel ġiegħlu l-weraq niexef iħaxwxu. Qalb John kienet qed tħabbat b’mod rapidu kull sekonda. Innota li dan ir-raġel misterjuż kellu pistola fuqu wkoll, allura basar li jekk se jiġri mingħajr xi tip ta’ distruzzjoni, dan ħa jkun l-aħħar mument ta’ ħajtu.

John ma kienx qed jaħseb ċar peress li hu jmur għand psikologu, minħabba li kemm -il darba ra alluċinazzjonijiet f’ħajtu. B’hekk ma kienx ċert jekk din kinitx waħda wkoll. Ir-raġel wissa lil John biex jipprepara għad-destin tiegħu. John innota pajp taċ-ċomb mal-art. Għalhekk qabadha malajr kemm jista’ u garaha lejn ir-raġel. Ir-raġel mgħotti ħarabha malajr. Qabad il-pistola u spara tir lejn dan John. L-isparatura ġiegħlet koċċ għasafar itiru. Fortunatament, peress li John kien qed jiġri biex jaħrab, ir-raġel ma laqtux. U John ħarab bla periklu ta’ xejn. Huwa baqa’ jiġri għal ħajtu sakemm sab trejqa oħra u għadda minnha.

John sab ruħu fi trejqa magħluqa. Ma kellux fejn imur. Kien jaf li jekk ried jibqa’ ħaj kellu jissielet. Ir-raġel laħqu. Mexa bil-mod lejh. Reġa’ qabad ix-xabla. U lesta biex itemm ħajjiet John. John qabad ħadida li sab ħdejn saqajh u prepara biex jiddefendi lilu nnifsu. Bdiet il-ġlieda tagħhom. John irnexxielu jerbaħlu għal ftit sekondi u b’hekk reġa’ ħarab. Ix-xemx kienet nieżla. Kienet kwistjoni ta’ żmien efemeru sakemm it-toroq jimtlew bid-dlam. Wara dak kollu li ġaralu, John ħareġ bl-idea li jċempel il-pulizija. Iżda, irrealizza li l-mowbajl waqa’ minn butu meta kien għaddej. Huwa pproċeda lejn l-għassa tal-pulizija sabiex ikun jista’ jinterpreta dak li ġralu. Iżda, xejn ma mar skont il-pjan tiegħu għax l-għassa tal-pulizija kienet vakanti.

John ħares ħarsa lejn ħanut fuq in-naħa l-oħra tat-triq. Meta laħaq il-ħanut, talab għall-għajnuna. Is-sid tal-ħanut tħawwad malajr. M’emminx kelma li qallu, hekk kif kien ġa sema’ dawn it-tip ta’ stejjer ripetutament. Filli qed jitkellmu, filli jinstema’ tir, dritt fis-sider tal-ħanut. John inħasad. Qabeż fuq il-bank biex isalva lilu nnifsu. Ir-raġel ta’ wiċċu mgħotti mexa lejh bil-pistola biex joqtlu. Iżda John qabad idejn dan ir-raġel. Dawwarilu, fejn ġiegħlu jwaqqa’ l-pistola. Imbagħad John imbuttah mal-art u qabad il-pistola. Minnufih, ir-raġel qabad sikkina minn butu u daħħalha ġo żaqq John. Fl-istess mument, John sparalu u qatlu.

Il-qamar beda jixgħel, joħloq l-uniku dawl li kien hemm fit-triq. John kien ferut gravi. Ftit ftit beda jzappap. Ipprova jsib lil xi ħadd min jgħinu. Fl-aħħar wasal ħdejn dar. Kien għajjien u bla saħħa iżda rrnexxielu jilħaqha. Ħa nifs profond u ħabbat fuq il-bieb.

TMIEM

Reklam

Ixxerja din il-paġna

Share on facebook
Facebook
Share on twitter
Twitter
Share on linkedin
LinkedIn

Ara wkoll

Reklam
Reklam

Ipparteċipa f'TEK TEK

Għandek xi kitba, ritratti jew filmati? 

Ara wkoll

Reklam
Reklam
EnglishMaltese