Membru Parlamentari, Ministru, Aġent Prim Ministru u
President tar-Repubblika. Agatha Barbara.
Sa minn ċkunita kienet diġà qed turi nteress fil-politika, minn dejjem attiva u ma tibża’ minn xejn. Meta għalqet 20 sena, għamlet l-ewwel laqgħa politika fir-Rabat.
Fl-1947 meta n-nisa kellhom il-vot għall-ewwel darba, Agatha, ikkontestat u ġiet eletta fil-parlament Malti u baqgħet titla’ dejjem.
Fl-elezzjoni tal-1955, reġgħet ġiet eletta u l-Prim Ministru Dom Mintoff, afdalha l-Ministeru tal-Edukazzjoni.
Dan ifisser li Agatha saret l-ewwel mara ministru!
Fl-1974 inħatret ministru għall-impjiegi , xogħol u sigurtà soċjali fejn ħadmet biex il-ħaddiema nisa jitħallsu ugwali daqs irġiel.
Fis-6 ta’ Frar 1982, Agatha nħatret President ta’ Malta.
Fl-1986 il-Bank Ċentrali ta’ Malta, ħareġ serje ta’ karti tal-flus tal-Lira Maltija bir-ritratt tas-Sa. Agatha Barbara fuq in-naħa ta’ quddiem.
Agatha mietet bħal-lum 19-il sena ilu, fl-eta ta’ 78 sena.